żwieġ – Page 5 – One News

Notifiki

Ben Camille u martu b’tal-linja

Illum kien imiss Ben Camille u dik li issa hi martu Kristina biex jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ u għal din l-okkażjoni għażlu mezz tat-trasport mhux tas-soltu, dak ta’ tal-linja.

Aqra aktar

Pass eqreb lejn liġi dwar il-koabitazzjoni

Il-Parlament approva unanimament it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Koabitazzjoni, li l-Ministru Helena Dalli qalet li se jipprovdi għal tliet tipi ta’ koabitazzjoni.

Meta ntroduċiet l-abbozz, il-Ministru Dalli qalet li din il-liġi hija pass ieħor fil-bini ta’ soċjetà li tirrispetta lill-individwi kollha u l-għażliet li jagħmlu. Il-bżonn ta’liġi bħal din kien ilu jinħass sa mis-snin 90. Hija kkritikat lill-amministrazzjonijiet preċedenti li qatt ma waslu biex taw lil poplu dak li wegħduh.

Iċ-ċensiment tal-2011 wera li kien hem mill-inqas 1,400 koppja li dak iż-żmien kienu qed jikkoabitaw u sa issa żgur li dan in-numru żdied. Minbarra Abbozz ta’ Liġi tal-2011, li l-Ministru qalet kien jiddiskrimina kontra tipi ta’ familji mhux tradizzjonali, sa issa ma kien hawn ebda liġi li tiggarantixxi d-drittijiet ta’ kull parti f’koabitazzjoni.

Aqra aktar

Omar u Gharam – tfal imma mhux tfal

Waqt li kien qed jiċċelebra t-tieġ ta’ ibnu l-kbir, iddeċieda li jirdoppja l-ferħ. Għalhekk ħabbar l-għerusija ta’ ibnu ieħor, li jismu Omar, u l-kuġina ta’ Omar, Gharam.

Fit-tieġ, li sar madwar 75 mil bogħod mill-kapitali Eġizzjana Kajr, ħadd ma sab xi ħaġa stramba jew ħażina fit-tħabbira tal-għerusija. Biss Omar għandu 12-il sena u Gharam 11. Mal-ġurnal lokali Al Watan, hemm min argumenta li din kienet biss tħabbira ta’ għerusija, u mhux żwieġ.

Aqra aktar

Kull seba’ sekondi, tifla ta’ inqas minn 15 tkun sfurzata tiżżewweġ

Skont rapport ta’ Save the Children, bniet li għandhom ħmistax –il sena jew inqas, f’ċertu każi għaxar snin, qed ikunu sfurzati jiżżewġu rġiel ferm ikbar minnhom f’pajjiżi bħall-Afganistan, il-Yemen, l-Indja u s-Somalja.

Ir-rapport jissuġġerixxi li fost il-fatturi li jikkawżaw dawn iż-żwiġijiet hemm il-kunflitti, il-faqar u l-kriżi umanitarja.

Żwiġijiet f’età daqstant żgħira li jesponu lil dawn il-bniet għal numru ta’ żvantaġġi, bħaċ-ċaħda mid-drittijiet bażiċi tal-edukazzjoni, żvilupp u l-għixien tat-tfulija.

Aqra aktar

Il-maġġoranza tal-Maltin jaqblu ma’ żwieġ ‘gay’

61% tal-Maltin jaqblu li l-ligi tal-unjoni ċivili tinbidel f’waħda ta’ żwieġ.

Żvela dan stħarriġ ta’ The Malta Independent li juri bidla sostanzjali fil-ħsieb fi żmien qasir wara li  pajjiżna introduċa l-unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess sentejn ilu biss.

Aqra aktar

Send this to a friend