żwieġ – Page 2 – One News

Notifiki

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

Jipproponilha quddiem il-Papa

Għalkemm imdorrijin naraw koppji miżżewġin li jitilgħu fil-Vatikan għall-benedizzjoni tal-Papa, xena mhux tas-soltu ġrat taħt għajnejn il-Papa hekk kif hu kien preżenti għal proposta taż-żwieġ.

Raġel niżel fuq sieq waħda u ħareġ ċurkett. Ovjament hi aċċettat!

 

Jaħslu idejhom u ma jmorrux jivvutaw għal-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

Il-ligi li tagħti iktar drittijiet ugwali fi żwieġ bejn koppji tal-istess sess għaddiet, iżda warajha ħalliet baħar ta’ nkwiet u qasma fil-Partit Nazzjonalista, li anke dwar din il-kwistjoni mhux maqgħud bħala grupp parlamentari.

Edwin Vassallo spikka għax qam u ddikjara li se jivvota kontra, iżda kien hemm deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista li waqt l-ugwaljanza fiż-żwieġ spikkaw.

Din id-darba għan-nuqqas ta’ preżenza tagħhom.

Aqra aktar

Eżatt malli għaddiet il-liġi, kien hemm proposta għaż-żwieġ fi Pjazza Kastilja!

Issa li jistgħu jiżżewġu b’mod ‘normali’, din il-koppja ħatfet l-okkażjoni immedjatament.

Nicholas dan l-aħħar kiteb kemm ħassu mweġġa, għaliex membri tal-familja stess li attendew l-unjoni ċivili tagħhom, kienu kontra l-emendi fil-liġi taż-żwieġ. Urtat, huwa esprima ruħu permezz ta’ Facebook u qal li wieħed għandu verament jemmen li kulħadd huwa eliġibbli għall-imħabba bl-istess mod.

Malli għaddiet il-liġi, ħareġ bi proposti għaż-żwieġ, din id-darba mhux Unjoni Ċivili. Aqra aktar

Jappoġġjaw lil Edwin Vassallo

• JGĦIDU LI T-TMEXXIJA M’GĦANDHIEX TIEĦU PASSI KONTRIH

• ISIRU NUMRU TA’ LAQGĦAT BIEX JIKKONTROLLAW IS-SITWAZZJONI

Edwin Vassallo għandu l-appoġġ intern ta’ numru ta’ deputati Nazzjonalisti li anke jekk fil-Parlament ma vvotawx bħalu qed jinsistu li l-Partit Nazzjonalista m’għandux jieħu passi kontra tiegħu minħabba l-vot kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. Id-dibattitu u l-vot kontra l-ugwaljanza fiż-żwieġ ta’ Edwin Vassallo kompla jżid mal-konfużjoni li kienet diġà teżisti fil-Partit Nazzjonalista u fl-aħħar jiem saru numru ta’ laqgħat bil-għan li s-sitwazzjoni tikkalma xi ftit.

Aqra aktar

Illejla vot storiku fil-Parlament Malti

Illejla fil-Parlament se jkun qed jittieħed il-vot li se jiddetermina jekk jidħlux fis-seħħ l-emendi fil-liġi ta’ żwieġ ugwali.

L-Abbozz intitolat Att tal-2017 jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet se jkun qed ikompli jibni fuq il-kisbiet li diġà għamel il-Gvern Laburista permezz ta’ liġijiet bħal dik tal-unjoni ċivili, il-liġi dwar l-identità tal-ġeneru u dik kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni.

Dan l-abbozz se jkun qed ineħħi il-varji referenzi għar-‘raġel’ u l-‘mara’ fil-liġi u jissostitwixxihom bil-kelma ‘konjuġi’ u jikkjarifika li ż-żwieġ ċivili mhux limitat għall-koppji eterosesswali.

Aqra aktar

Differenza fil-ħsieb dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ

Id-differenza bejn Gvern Laburista u Oppożizzjoni Nazzjonalista kompliet tidher biċ-ċar il-Ħadd filgħodu, fejn il-messaġġ taż-żewġ mexxejja kkuntrasta bil-kbir.

Messaġġi li waslu permezz ta’ kollegamenti telefoniċi fuq ir-radji rispettivi taż-żewġ partiti – bi Prim Ministru li jrid l-ugwaljanza, u Kap tal-Oppożizzjoni li minnu ħarġet biċ-ċar l-iskumdità fil-Partit Nazzjonalista dwar is-suġġett.

Aqra aktar

Send this to a friend