Il-Kummissjoni tal-Ippjanar unanimament ma laqgħetx l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ 54 blokka t’appartamenti, 2 ħwienet u għall-parkeġġ taħt din il-binja f’San Ġiljan.Aqra aktar

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar unanimament ma laqgħetx l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ 54 blokka t’appartamenti, 2 ħwienet u għall-parkeġġ taħt din il-binja f’San Ġiljan.Aqra aktar
Villa Curmi, dar fiż-Żejtun, b’valur storiku kbir ħafna anki għall-wirt barokk arkitettoniku li għandha tista’ tintilef kważi kollha bi żvilupp propost. Fil-fatt dan l-aħħar l-Awtorita’ tal-Ippjanar bdiet tikkunsidra applikazzjoni għal żvilupp fl-aħħar parti tal-ġnien li fadal minn Villa Curmi.Aqra aktar
Il-Komunità Rabtija ingħaqdet f’vuċi waħda kontra l-iżvilupp propost f’Tas-Saqqaja u Vjal Santu Wistin, ir-Rabat.
Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, għand l-Awtorità tal-Ipjannar daħħlet applikazzjoni biex binja storika tinbidel f’lukanda.Aqra aktar
Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg laqa’ b’sodisfazzjoni id-deċiżjoni tal-Qorti li annullat deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar b’rabta mal-proġett ta’ żvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala li ilu jhedded il-futur ta’ din iż-żona għal madwar 16-il sena.Aqra aktar
B’kartelluni b’ messaġġi ta’ protesta għall-applikazzjoni li saret għall-bini ta’ skola tac-Chiswik Houseu bil-bnadar ta’ Malta mal-faċċati, r-residenti ta’ Pembroke qed isabbtu sieqhom għall-aħħar żvilupp propost għaliex ma jridux li tittiekel biċċa art verġni oħra li qed isservi ta’pulmun għal-lokalita.
Fi Triq Gabriel Henin, li faċċata tagħha qed ikun propost il-bini ta’ skola li tesa’ sa disa’ mitt student iltqajna ma’ Dean Hili, is-Sindku ta’ Pembroke, li stqarr li anka l-Kunsill se joġġezzjona għal dan il-proġett massiċċ.
Applikazzjoni ta’ outline permit preżentata fl-1 ta’ Ġunju għat-twaqqigħ u żvilupp mill-ġdid tal-eks fabbrika tal-isplussiv f’Ħad-Dingli, iktar magħrufa mir-residenti bħala l-fabbrika tal-Ġelatina fiż-żona tal-Qaws, f’resort u spa ma niżlet tajjeb xejn mar-residenti Dinglin li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex joġġezzjonaw l-hekk imsejjaħ żvilupp propost.
Ftehim ta’ aktar minn €50 miljun iffirmat illum fil-Ministeru tal-Finanzi bejn il-Gvern Malti, il-Bank Ewropew għall-Investiment, u l-Council of Europe Development Bank, se jfisser l-iżvilupp ta’ 680 appartament għal dawk l-aktar vulnerabbli.
L-appartamenti se jkunu mifruxa fuq sittax-il sit madwar Malta f’Ħ’Attard, f’Ħal Luqa, fis-Siġġiewi, fil-Qrendi, f’Birkirkara, fl-Imsida, fiż-Żurrieq, f’Ħal Kirkop, f’Bormla, fin-Naxxar u f’Ħaż-Żebbuġ.
Ix-xogħlijiet diġà bdew fuq is-siti f’Ħaż-Żebbuġ, f’Ħ’Attard u f’Ħal Kirkop, u l-appartamenti se jvarjaw minn dawk b’kamra tas-sodda waħda, oħrajn b’żewġ kmamar tas-sodod u oħrajn bi tlieta.
Il-komunità ta’ Santa Margerita fil-Mosta qed topponi għall-proposta biex fi pjazza żgħira quddiem il-kappella ta’ Santa Margerita tinbena bija ta’ tliet sulari u nofs li qed tissejjaħ community centre.
Bi sħubija bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA twaqqfet Property Malta. Din se tkun entità bejn il-Gvern u l-privat li jkollha l-għan li tippromwovi proprjetajiet ta’ kwalità f’pajjiżna.
L-inqas żvilupp possibbli u l-iktar ftuħ possibbli. Hekk qal il-Prim Ministru li hemm bżonn għal Manoel Island. Il-kumpanija MIDI, li tamministra l-post, ħarġet b’masterplan biex jikkumerċjalizza l-forti u l-Lazzarett.
Ilbieraħ Joseph Muscat għamel dikjarazzjoni ċara u esprima l-appoġġ lis-Sindku tal-Gżira, li qed jopponi l-proposti tal-iżilippaturi MIDI. Il-Prim Ministru qal li Manoel Island għandu jservi ta’ pulmun u tenna li jittama li jintlaħaq kompromess li jkun jissodisfa l-komunità tal-madwar.
Permezz tas-sit change.org, Maltin u barranin iffirmaw petizzjoni li f’qasir żmien laħqet l-4,638 firma. Ladarba tilħaq il-5,000, se tingħata lill-Prim Ministru.
F’kummenti li jispjegaw ir-raġuni għaliex iffirmaw, in-nies qalu tagħhom.
Send this to a friend