Jitnieda proġett pilota li se jqarreb iż-żgħażagħ mal-imprenditur

B’rabta mal-ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli ġie mniedi proġett pilota li ser joffri esperjenza unika liż-żgħażagħ ma’ imprendituri lokali.

Il-proġett, li hu l-ewwel tat-tip tiegħu ser jibda fil-lokalità taż-Żurrieq fejn żgħażagħ li huma interessati fl-imprentidorjat jiksbu kuntatt dirett ma’ imprendituri f’oqsma li huma interessati fihom.Aqra aktar

Tħaddir u tisbiħ fil-Belvedere taż-Żurrieq

Il-Belvedere taż-Żurrieq għadda minn proċess ta’ tisbiħ u tħaddir hekk kif proġett ta’ Parks Malta ra t-tħawwil ta’ aktar pjanti fi Triq Wied iż-Żurrieq. Aqra aktar

Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ fiż-Żurrieq

B’investiment ta’ ħamsa u ħamsin elf ewro minn fondi Ewropej ġew inawgurati x-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni li saru fiż-żoni ta’ Wied iż-Żurrieq u l-Ġibjun taż-Żurrieq. Dawn kienu jinkludu fost l-oħrajn it-tħawwil ta’ siġar, installazzjoni ta’ bankijiet ġodda magħmula minn materjal riċiklat, kif ukoll twaħħil ta’ tabelli ta’ informazzjoni li jirrakkontaw l-istorja naturali taż-Żurrieq.

Aqra aktar

Restawr fuq kappella tas-seklu sbatax fiż-Żurrieq

B’investiment ta’ tletin elf ewro minn Fondi Ewropej ser tiġi restawrata l-Kappella ta’ Sant Andrija fiż-Żurrieq.

Din il-Kappella tinsab fit-tarf tar-raħal taż-Żurrieq ħdejn il-mitħna tax-Xarolla li wkoll għandha wirt storiku u kulturali għani. Il-Kappella u l-Mitħna huma klassifikati bħala Grad wieħed smill-Awtorità tal-Ippjanar u b’hekk għandhom l-ogħla protezzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend