Notifiki

L-immigrazzjoni fuq nett tal-aġenda f’diskussjoni mal-Awstrija

“Nirrikonoxxu bis-sħiħ l-isforzi ta’ Malta fil-qasam tal-immigrazzjoni u konxji li Malta wkoll qed iġorr l-piż tagħhom.” Hekk stqarr il-Ministru għall-affarijiet barranin tal-Awstrija Alexander Schallenberg waqt konferenza tal-aħbarijiet wara diskussjonijiet bilaterali f’pajjiżna. Aqra aktar

Il-PM jżur il-Camarata u jgħid li f’pandemija tajna lil kulħadd u ma ħadna lil ħadd

“Kull fejn dort illum madwar Malta u Għawdex sibt Maltin u Għawdxin determinati li jerġgħu jaqbdu t-triq ta’ normalità.”

Hekk qal il-Prim Ministru fil-bidu ta’ indirizz qasir meta żar iż-żona residenzjali tal-Camarata fil-Belt, f’Jum il-Ħaddiem.Aqra aktar

Il-kumpanija Magro Brothers se tinvesti €1.5 miljun f’makkinarju ġdid u għal esportazzjoni aħjar

Il-kumpanija Għawdxija Magro Brothers, li tispeċjalizza fi prodotti tal-ikel mis-settur agrikolu ħabbret investiment ta’ miljun u nofs ewro sabiex tissaħħaħ il-produzzjoni ta’ prodotti lokali. Dan l-investiment se jippermetti wkoll biex il-kumpanija toħloq aktar impjiegi f’Għawdex.Aqra aktar

Fl-aħħar qed jara lil ommu wiċċ imb’wiċċ hekk kif id-djar tal-anzjani fetħu għaż-żjarat

“Filli kont nara l-ommi kuljum u filli ma nista’ niltaqa’ magħha qatt.” Hekk stqarr magħna iben residenta f’San Vinċenz de Paul, li wara xhur twal jara lil ommu biss minn wara l-perspex issa jista’ jaraha u jitkellem magħha mingħajr il-perspex li tifridhom.

Mit-Tnejn, fid-djar tal-anzjani li fihom aktar minn 90% tar-residenti mlaqqma kompletament u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li laħqu din il-marka, issa infetħu sabiex bl-appuntament il-qraba jingħataw ħin fil-ġimgħa li fih jistgħu jiltaqgħu mal-qraba wiċċ imb’wiċċ.

Dan filwaqt li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.Aqra aktar

Send this to a friend