Notifiki

FEJN MARRU L-MILJUNI?

  • L-ISPIŻA LI JITKELLEM KONTRA TAGĦHA BUSUTTIL HI FL-EDUKAZZJONI, IS-SAĦĦA U S-SETTUR S-SOĊJALI
    • ANALIŻI TEKNIKA – PROVA LI MILL-ĠID GAWDA KULĦADD

Analiżi teknika turi li l-ispiża rikorrenti, li l-Kap tal-Oppożizzjoni tant jitkellem dwarha, żdiedet fl-iktar oqsma importanti fil-ħajja tan-nies.

Meta mqabbel mal-2012 iż-żidiet f’oqsma importanti s-sena li għaddiet kienu fenomenali. Dan minbarra l-bidu ta’ servizzi ġodda. Fost dawn insibu l-qasam tas-saħħa fejn kien hemm żidiet sostanzjali f’oqsma bħax-xiri tal-mediċini u l-pagi kif turi t-tabella li qed nippubblikaw.

Aqra aktar

Iffirmat l-ikbar ftehim kollettiv; 30,000 ħaddiem se jgawdu minn żieda fil-pagi

Ġie ffirmat il-ħames Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim se jkun qed jaffettwa madwar 30,000 impjegat u se jkun qed jiswa €17-il miljun fl-2017, liema żieda titla’ għal €20.5 miljun fl-2024. Dan jinkludi kemm żidiet l-pagi u żieda f’xi allowances.

Din hija l-ewwel darba li l-ftehim se jkopri perjodu ta’ 8 snin. Dan jassigura iktar stabilità filwaqt li l-Amministrazzjoni Pubblika tkun tista’ tkompli twettaq il-bidliet meħtieġa, tinvesti n-nies u toffri servizz ta’ kwalità.

Aqra aktar

Tliet raġunijiet għaż-żieda fl-operazzjonijiet

Ir-rieda li s-servizz tas-saħħa joffri kura aħjar u iktar effiċjenti b’mod partikolari f’dawk li huma operazzjonijiet, tirriżulta mill-fatt li ż-żieda qawwija fl-operazzjonijiet is-sena li għaddiet kienet riżultat tal-fatt li ttieħdu deċiżjonijiet li setgħu ttieħdu bosta snin ilu. Iżda, li ttieħdu b’iktar serjeta tul din l-amministrazzjoni biex id-differenza qed tidher bil-kbir. Dwar dan tkellimna mal-Kap tal-Kirurgi fl-Isptar ġenerali ta’ pajjiżna. Qal li hemm tliet raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda.Aqra aktar

Stħarriġ: Kien hemm min ra 30% żieda fil-bejgħ

36% tan-negozji li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs, GRTU, raw żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħhom fl-2016, meta mqabbel mas-sena 2015.

Filwaqt li 36% raw li n-negozju tagħhom baqa’ bl-stess andament ta’ bejgħ meta mqabbel ma’ 2015.

B’kollox ippareteċipaw 175 negozjant.

Aqra aktar

Mil-lum, żieda fil-pensjonijiet

Għat-tieni sena konsekuttiva se jkun hemm żieda fil-pensjoni. Fil-baġit għal din is-sena l-Gvern ħabbar li minn din is-sena se jkomplu jitwieżnu dawk il-pensjonanti u anzjani miżżewġin b’pensjoni minima.

Għaldaqstant, mil-lum se jkunu qed jieħdu żieda ta’ €4 fil-ġimgħa (jew €208 fis-sena). Din iż-żieda se titħallas pro-rata ukoll lil min għandu l-pensjoni tiegħu ftit ogħla mill-pensjoni minima. Iż-żieda mħabbra se titħallas ukoll lill-pensjonanti miżżewġin li jieħdu l-pensjoni tal-età.

Minn din is-sena wkoll tibda tidħol fis-seħħ ir-riforma ta’ kif il-pensjonanti jħallsu t-taxxa biex il-pensjoni massima tal-Gvern mhix se tkun taxxabbli f’riforma li se tkun implimentata fuq sentejn.

Il-Gvern se jagħti inċentivi fiskali f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa lil dawk il-kumpaniji li jinvestu fi skemi ta’ pensjoni f’isem il-ħaddiema.

Aqra aktar

Il-bżonn li tiżdied il-paga minima

L-Għada li Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tkellem dwar il-paga minima , id-diskuzzjoni kompliet f’One News Breakfast. Fejn intqal kif hemm qbil fuq diversi punti dwar il-bzonn li l-paga minima tizdied bejn min iħaddem , is-soċjetá ċivili u l-unions
Aqra aktar

Send this to a friend