Notifiki

Tiżdied il-Paga Minima Nazzjonali

Se jibqa’ fis-seħħ il-ftehim Nazzjonali li sar fl-2017 li pprometta żieda fil-paga minima. Il-ftehim stipula li impjegati fuq il-paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl-impjieg ma’ min iħaddimhom. Il-ħaddiem ikun intitolat għal żidiet ta’ €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena fl-impjieg, u fit-tielet sena għal żieda ta’ €3 addizzjonali fil-ġimgħa. Aqra aktar

Żieda ta’ 6% fis-suq tax-xogħol

Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda, il-popolazzjoni li taħdem kompliet tiżdied tant li issa tgħodd aktar minn 231,000. Din kienet tfisser żieda ta’ sitta fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Prattikament kważi 57% fil-mija tal-popolazzjoni Maltija li għandha aktar minn 15-il sena tinsab f’impjieg.Aqra aktar

Żieda ta’ €3,260,228 fi dħul mid-Dwana ta’ Malta f’Jannar 2018

B’konsegwenza ta’ diversi fatturi, fosthom it-tkabbir li qiegħda tirreġistra Malta fl-ekonomija tagħha, żieda fil-konsum, kif ukoll titjib fl-effiċjenza u l-kontrolli illi qiegħda tirreġistra id-Dwana ta’ Malta matul Jannar 2018, l-ewwel xahar ta’ din is-sena, komparat ma’ Jannar 2017, id-Dwana Maltija żiedet id-dħul totali tagħha bi €3.2 Miljun. Minn €33.4 Miljun f’Jannar 2017, għal €36.6 Miljun f’Jannar 2018.

Din iż-żieda fid-dħul ġiet reġistrata permezz ta’ żieda ta’ €1,548,814 mis-Sisa (Excise Duty), żieda ta’ €1,475,253 mill-VAT, żieda ta’ €51,449 mid-Dazju ta’ Importazzjoni (Import Duty) u żieda ta’ €184,712 minn dħul ieħor.

Aqra aktar

Il-Gvern u l-imsieħba soċjali kollha ffirmaw ftehim storiku li se jara l-paga minima nazzjonali togħla

Il-Gvern u l-imsieħba soċjali kollha tal-MCESD iffirmaw ftehim storiku li se jara l-paga minima nazzjonali togħla. Żieda li ntlaħqet b’ kunsens unanimu bejn il-membri tal-MCESD li ntlaħaq wara xhur ta’ diskussjoni.

 “Kemm jien kburi li pajjiżna llum wasal għal dan il-ftehim nazzjonali biex tiżdied il-paga minima. Ftehim li jissimbolizza kunsens nazzjonali.”

Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat qabel l-iffirmar tal-ftehim f’ diskors fil-Palazz tal-President.

Muscat kellu kliem t’ apprezzament għal forzi soċjali kollha li poġġew madwar mejda fejn “rebħet il-maturità u s-sens komun”.

Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li biex jikkumplimenta din iż-żieda, se jkun qed jwessa’ t-tax bands biex min igawdi miż-żieda tal-minimum wage ma jinqabadx f’ tax bracket. B’hekk iż-żieda tal-paga minima tibqa’ fil-bwiet tal-ħaddiema.

Aqra aktar

Send this to a friend