zghazagh – Page 7 – One News

Notifiki

Spalla għaż-żgħażagħ, f’kull pass ta’ ħajjithom

Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà għandha dekan ġdid; Andrew Azzopardi.  Dwar is-soċjetà jitkellem u jirrifletti kontinwament, fi programmi, f’pubblikazzjonijiet u f’diskussjonijiet f’postijiet differenti. Fost it-temi li għandhu għal qalbu hemm iż-żgħażagħ u l-inklussività tagħhom fis-soċjetà. Proprju wieħed mill-korsijiet fil-fakultà li tagħhha issa huwa dekan iħejji persuni jaħdmu maż-żgħażagħ, il-kors tal-Youth Workers.

Intervistajnih dwar is-suġġett.

X’inhi r-rilevanza tal-youth workers illum-il ġurnata?

Il-professjoni tal-youth work hija professjoni relattivament ġdida f’pajjiżna.  Milux wisq li ngħatat status ta’ professjoni u giet akkreditata bil-warrant.  Madankollu din il-professjoni qed ssir ferm aktar popolari u rikjesta u issa qed jibda jkollna l-isfida li hemm ħafna aktar domanda milli supply ta’ Youth Workers.  Infatti bħalissa bejn BA u MA għandna madawar 100 student li qed jitħarrġu imma nittamaw li matul is-snin li ġejjin dawn in-numri jkomplu jikbru biex ilaħqu mat-talba.  Tant hu hekk li issa apparti l-kors ta’ filgħaxija part-time, BA (Hons) Youth and Community Studies u l-MA Youth and Community Studies minn din is-sena akkademika li ġejja ħa nkunu qed noffru ukoll l-BA (Hons.) Youth and Community Studies Day Course u l-MA bir-ricerka fil-Youth Justice, biex inkomplu inwessgħu aktar ir-reach tagħna.

X’ħidma qed issir sabiex l-aġenzija żgħażagħ u l-Università ta’ Malta jintegraw il-ħidma tagħhom? 

Għall-ewwel darba, dalwaqt ħa jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Komunita’ fi ħdan  l-Università u l-Aġenzija Żgħażagħ, biex tissaħħah il-kollaborazzjoni fuq livell ta’ taħriġ tal-istudenti, opportuntajiet ta’ ħidma barra minn Malta, żvilupp ta’ policy u riċerka.

Għalkemm ir-relazzjoni tagħna mal-Aġenzija Żgħażagħ immexxija minn Miriam Teuma hija brillant, dan il-MoU ser jikkonsolida din ir-relazzjoni u jagħti messaġġ importanti ta’ sħubija bejn min qed iħarreġ il-Youth Workers u min qed jimpjeghom u jagħti s-servizzi fil-qasam. Irridu li t-taħriġ li qed jipprovdu lil Youth Workers ikunu kontinwament aġġornat u strutturat biex jilqa’ għat-tibdil li qed isir kontinwament.

X’inhuma l-issues l-aktar pertinenti fejn jidħlu żgħażagħ?

Iż-żgħażagħ jibqgħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni u xi kultant tal-kontroversja ukoll.  Madankollu ż-żogħożija li llum tinfirex mill-eta’ ta’ 12–il sena għall-eta’ ta’ 30 sena hija eta’ kumplessa imma interssanti.  Jien inqis din l-eta’ bħala d-demm tas-socjetà tagħna, dik il-ġenerazzjoni li tghħddi l-ossignu.  Huwa meħtieg li nisimgħu x’ qed jgħidulna imma anke nieħdu azzjoni fuq dak li qed jgħidulna.

Irridu nghidu ukoll li t-teknoloġija, il-globalizazzjoni, is-sitwazzjoni politika internazzjonali, il-ġid li jinħoloq għamlu din l-eta’ kumplessa immens u xi kultant diffiċli biex ninterpretaw l-lingwa tagħhom.  Għalhekk, li jkollna Youth Workers professjonali saret tant importanti u neċessarja llum-il ġurnata, biex jgħinuna noħolqu pontijiet maż-żgħażagħ.

Kif tixtieq tarah jiżviluppa dan is-servizz?

Jien nittama li ma ndumux ma naraw il-Youth Workers joperaw f’numri akbar fi klabbs, fil-Faċilità Korrettiva (specjalment fis-sezzjoni taż-żgħażagħ), jaħdmu aktar qrib mal-pulizija, fil-qasam edukattiv, fl-aġenzija soċjali bħal Sedqa, SAPPORT u APPOGG, fl-NGOs u anke nsibuhom aktar preżenti fis-settur tad-divertiment u tal-mistrieħ.  Il-Youth Worker qiegħed hemm mhux biss biex jakkumpanja liż-żgħażagħ meta s-sitwazzjoni tal-ħajja tibgħat ċerta diffikultajiet, imma anke biex takkumpanja liż-żgħażagħ fit-tiftix għax-xogħol, fl-iżvilupp tal-karriera u fl-iżvilupp tal-personalità.

650 żagħżugħ lura Malta

Dawn huma ritratti tal-wasla f’Malta ta’ uħud miż-żgħażagħ li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Iż-żgħażagħ li waslu llum wara nofsinhar jinkludu membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ZAK) li ħadu ħsieb il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-Polonja.

Iż-żgħażagħ Maltin li attendew kienu aktar minn 650, minn 23 għaqda reliġjuza differenti u minn diversi parroċċi f’Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Jgħajjat u jagħmel mossi oxxeni, sakemm sab warden qiegħdu f’postu!

Ħafna drabi nassoċjaw l-istorbju u d-divertiment taż-żagħżagħ mal-ħinijiet ta’ filgħaxija u forsi l-ewwel ftit sigħat ta’ filgħodu, meta joħorġu bħal kreaturi tal-lejl u jgawdu ż-żgħożija tagħhom, sakemm jgħajjew. Jista’ jagħti l-każ li qed inħarsu lejha minn lenti li għandha bżonn taġġorna ruħha, iżda qajla nimmaġinaw li fil-5a.m. jkunu għadhom għaddejjin biha b’ċertu enerġija! Ġegħelna naħsbuha darbtejn kumment ta’ residenta minn San Ġiljan, li ġabret fi ftit kliem l-inkonvenjent li jħossu xi drabi residenti bħalha.

Aqra aktar

Ċamata u ħabs għal żewġ subien

Żewġ żgħażagħ ta’ sittax u sbatax-il sena intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ erba’ serqiet ta’ kartieri t’ anzjani f’ okkazjonijiet differenti. Is-subien kienu akkużati wkoll li kkawżaw ġrieħi ħfief fuq wieħed mill-vittmi tagħhom.

Aqra aktar

Minn kulleġġ Ingliż, ifaħħar lill-Gvern Malti għal ħidma maż-żgħażagħ

 

Ġie introdott is-servizz ta’ Youth Help, sabiex ikun ta’ għajnuna lil persuni li jsibu ruħhom f’diffikultajiet f’mumenti vulnerabbli.

‘Din hija wegħda fil-manifest elettorali li ġiet mwettqa wkoll’ stqarr  is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, waqt li kien fil-Youth Village ta’ Santa Venera, li serva ta’ sfond għal tmiem il-proġett pilota Third Space.

Aqra aktar

Ħadu gost u irriklamaw lil Malta

Grupp barrani bl-isem ‘The Guestlist’ li jorganizza festi għaż-żgħażagħ għadu kemm gawda erbat ijiem f’pajjiżna, u jidher li ħalla Malta b’togħma tajba ħafna.Tant li fuq is-sit tagħhom jgħidu li kienet esperjenza li mhux ser jinsewha malajr. Huma organizzaw avvenimenti f’aktar minn post wieħed hawn Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend