Ftit qabel miet Ramiro Mallia ħeġġeġ biex jinġabru flus b’risq Puttinu Cares

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li miet wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi huwa Ramiro Mallia.

Bosta nies li jafu mill-qrib liż-żagħżguħ kitbu messaġġi ta’ sogħba u sellmu lil Ramiro Mallia li kien magħruf kemm kien jaħdem biex jinġabru flus għal dawk morda bil-kanċer.

Fil-fatt sigħat qabel ma’ tilef ħajtu, Ramiro Mallia kiteb fuq il-profil tiegħu fuq facebook u ħeġġeġ lin-nies jixtru figolli, bil-flus imorru b’risq Puttinu Cares.

I’d-domanda hija wahda kbira..Please ibaghtuli Kemm jista jkun malajr biex nerfawlkhom il figolli li tkunu tixtiequ…..

Posted by Ramiro Mallia on Tuesday, 23 March 2021

Ramiro Mallia kien għeleb il-battalja mal-kanċer meta kien iżgħar.

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ facebook ta’ Puttinu Cares ingħatat tislima lil memorja taż-żagħżugħ deskritt bħala volontier qalbieni mimli ħlewwa u dejjem lest li jgħin f’kull maratona.

“Min qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss tliet snin, kellek tħallina hekk ħabta u sabta”, saħqet l-għaqda Puttinu Cares.

Ramiro Mallia hallejtna imbikkmin u b’qalbna maqsuma. Zaghzugh mimli hlewwa u dejjem bi tbissima. Minn qatt kellu…

Posted by Puttinu Cares on Tuesday, 23 March 2021

Sentejn ilu, Ramiro Mallia fuq inizzjattiva sportiva b’għan nobbli. Tista’ ssegwi s-servizz li kien ixxandar.

AQRA WKOLL

Żagħżugħ ta’ 19-il sena jmut wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi

Żagħżugħ Żvediż jeħel tliet xhur ħabs sospiżi wara li kien aggressiv mal-pulizija fl-ajruport hekk kif kien fis-sakra

Żvediż ta’ 19-il sena weħel tliet xhur ħabs sospiżi għal sena u weħel multa ta’ €3,000 wara li t-Tnejn filgħodu daħal fl-ajruport fis-sakra u m’obdiex l-odnijiet tal-uffiċjali tas-sigurtà wara li ma tħalliex jitla’ fuq titjira.

L-Ispettur Silvio Magro li mexxa l-prosekuzzjoni spjega li l-Pulizija ġew mgħajta mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-ajruport wara li kien hemm raġel li ma tħallihiex jitla’ fuq l-ajruplan. L-ispettur spjega li r-raġel rreżista l-arrest u filwaqt li beżaq fuq wieħed mill-Pulizija huwa baqa’ joffendihom u jgħajjarhom sakemm ħaduh ġewwa l-għassa tal-ajruport.

Wara l-arrest huwa ttieħed ukoll fil-poliklinika tal-Furjana fejn hemm ukoll baqa’ agressiv fil-konfront tal-Pulizija.

L-avukat tal-għajnuna legali spjega li l-ġuvni għadu kif għalaq 19-il sena u appella biex fis-sentenza tagħha l-Qorti tikkunsidra wkoll li l-ġuvni għamel li għamel waqt li kien fis-sakra. Spjega wkoll li l-ġuvni għandu fedina penali nadifa u f’pajjiżu qed jistudja kors tal-liġi.

Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Send this to a friend