Notifiki

Ħidma biex Maltin li jtellgħu filmati oriġinali fuq Facebook jibdew jitħallsu

Wara li l-Youtubers Maltin issa qed jitħallsu tal-materjal li jtellgħu fuq Youtube , Fabian Borg reġa’ għamel petizzjoni oħra, din id-darba sabiex il-filmati li jtellgħu Maltin fuq Facebook ukoll ikunu mħallsa. Dan huwa pass ieħor fil-ġlieda ta’ Borg kontra d-diskriminazzjoni li dawn il-pjattaformi soċjali fuq l-internet għamlu mal-Maltin fl-aħħar snin. Aqra aktar

Mhux se nibqgħu naraw il-famuża sfida ‘Bird-Box’ fuq YouTube

Is-sit elettroniku YouTube qed jipprojbixxi filmati li juru ċajt jew sfidi perikolużi biex ma jkunux affettwati s-segwaċi tagħhom.

Dan wara li sfidi li f’daqqa waħda saru moda, bħall-famuża sfida Bird-Box, wasslu għall-mewt jew li persuna ġġarrab ġrieħi serji.

Bosta laqgħu din il-mossa mis-sit, iżda dan xorta qed jaqla’ kritika qawwija minħabba n-nuqqas ta’ infurzar fuq klijenti li jippruvaw ixerrdu dawn it-tip ta’ filmati. Dan apparti li s-sit xorta għadu jaċċetta filmati b’kontenut li jista’ jkun ta’ detriment għall-klijenti.

Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft kontra diskors ta’ mibegħda

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft żvelaw kodiċi ta’ kondotta biex jiġi miġġieled diskors illegali ta’ mibegħda onlajn fl-Ewropa.

Il-Kumpaniji tal-IT qegħdin jappoġġaw il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-pjattaformi onlajn ma joffrux opportunitajiet biex dan it-tip ta’ diskors jinfirex b’rata mgħaġġla.

Aqra aktar

Send this to a friend