xtra – One News

Pierre Portelli jattakka l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Bl-aktar mod skjett, waqt intervista fuq il-programm XTRA, il- Kap tal-Media tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminija tal-Kap Adrian Delia, Pierre Portelli, iddikjara li ċerti politiċi kienu jħossuhom komdi jinħbew wara l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia, bl-assistenza ta’ Simon Busuttil kienet ħaditha qatta bla ħabel kontra Adrian Delia meta ppubblikat diversi stejjer dwar l-allegat passat ikkulurit ta’ Adrian Delia.Aqra aktar

Muscat f’XTRA bil-filmat; ix-xogħol, uliedu, Egrant, il-proposti u l-iżbalji tal-PN

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, ħa sehem fil-programm Xtra. Bl-istil solitu tiegħu wieġeb b’mod dirett għall-kull mistoqsija li saritlu.

Tkellem dwar diversi temi; mill-ġurnata tax-xogħol tiegħu, għal kemm ikunu esposti uliedu fid-dinja politika, kif ukoll dwar il-gidba ta’ Egrant u temi politiċi marbuta mal-kampanja elettorali.

Kien hemm mumenti fejn kellu ton umli meta tkellem dwar il-kisbiet, filwaqt li f’mumenti oħra deher determinat ħafna. Dan b’mod partikolari meta tkellem dwar Egrant u r-responsabbiltà li għandha tintrefa’ mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Itemm kuntratt imma ma jafx kif

Fil-programm Xtra, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ qal li se jkun qed jitfa’ l-barra l-investituri fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Investituri li ġew Malta biex jinvestu fl-isptar bħala parti minn proġett kbir li jinkludi wkoll skola medika, u li jara lill-Għawdxin jieħdu l-aqwa kura mingħajr ħlas.

Għalih, li tagħmel hekk ma investituri mhux perikoluż.

Il-preżentatur staqsieh “li jkun hemm kuntratt ma’ kumpanija u tgħid se nqattgħu mingħajr raġuni, ma taħsibx li qed tibgħat messaġġ ħażin lil dawk l-investituri li jixtiequ jinvestu f’pajjiżna?” Għal din il-mistoqsija, il-Kap tal-Oppożizzjoni rrisponda “le”.   

Aqra aktar

Said jinsisti li jinjora lill-Awditur Ġenerali

Rapport tal-Awditur Ġenerali ppubblikat is-sena li għaddiet ċanfar bil-kbir lill-eks Ministru Chris Said għal mod kif tmexxew skemi marbuta ma’ finanzjament ta’ Kunsilli Lokali.

Said kien indaħal u l-indħil tiegħu kien deskritt bħala “Unwarranted” mill-Awditur Ġenerali.

Iżda, tmien xhur wara, meta l-Ħamis kien qed jieħu sehem fil-programm XTRA, Said qed jinsisti li kieku jkun fil-poter jerġa’ jagħmel l-istess. Fi kliem ieħor jinjora lill-Awditur Ġenerali.

Aqra aktar

Muscat: Hemm raġuni għaliex niffokaw fuq l-ekonomija

 

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li hemm raġuni għaliex il-gvern jiffoka tant fuq l-ekonomija u sostna li l-każ tal-Actavis huwa prova ta’ dan. Meta kien qed jieħu sehem fil-programm XTRA, Joseph Muscat qal li għal dawk il-200 ħaddiem tal-Actavis li ħadu l-aħbar li jistgħu jitilfu l-impjieg it-tħassib ewlieni tagħhom issa wkoll huwa dan.Aqra aktar

Send this to a friend