xokk – One News

Notifiki

“Inħobbuk u se nibqgħu nħobbuk ziju Martin” – qariba taż-żagħżugħ li miet b’xokk

“Inħobbuk u se nibqgħu nħobbuk ziju Martin”.

Dan kien wieħed mill-messaġġi li ħalliet fuq Facebook qariba ta’ Martin Kalincev, iż-żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Maċedonja, li lbieraħ tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk elettriku, waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet quddiem dar f’ĦAttard.

Hija ddeskrivitu bħala eroj u pillastru tal-familja.

Il-qariba, ta’ Kalincev stqarret li t-telfa li sofrew hija kbira wisq u indeskrivibbli.

Hija temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li tinsab ċerta li Martin se jibqa’ preżenti f’ħajjitha u l-familja tagħha.

Ritratt: Facebook

 

 

Ebda kumpens lill-armla u tifel ta’ ħaddiem – l-inċident kien tort tal-vittma

L-armla u t-tifel ta’ ħaddiem li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol 14–il sena ilu, ma ngħatawx kumpens wara li l-Qorti ddeċidiet li l-inċident kien seħħ tort tal-vittma stess għax ma kienx liebes ilbies protettiv.

L-inċident imur lura għal Ottubru tal-2002 meta Joseph Borg ħa xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq sit fl-Imtarfa ma’ żewġ irġiel oħra. Fl-2005, tliet snin wara l-inċident fatali, martu Mary Ann u ibnu Daniel fetħu kawża kontra wieħed mill-ħaddiema u l-Enemalta, fejn talbu lill-Qorti biex iżżommhom responsabbli għal mewtu.

Wara li l-Qorti kkunsidrat li l-vittma ma kienx liebes iż-żarbun protettiv u li ma tax kas il-warejs tal-elettriku mikxufa waqt li kien qed jaħdem, ikkonkludiet li l-kumpens ma jingħatax.

Send this to a friend