Notifiki

Il-persuni b’diżabilità se jmissu max-xjenza bi ftehim fl-Esplora

Ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja se jwassal biex il-bini tal-Esplora u l-attrazzjonijiet li joffri dan iċ-ċentru għax-xjenza interattiva jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

B’hekk mal-wieħed u għoxrin elf persuna li għandhom il-kartuna tad-diżabilità se jgawdu min-numru ta’ inċentivi.

Dan billi fost oħrajn, gruppi ta’ persuni b’diżabilità li jattendu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum igawdu minn żjarat fl-Esplora u wkoll imissu max-xjenza b’mod interattiv.Aqra aktar

Attivitajiet tal-Milied marbuta max-Xjenza fl-Esplora – Tfal minn 15 -il sena ‘l isfel jidħlu b’xejn

Il-Ministru għar-Riċerka u Innovazzjoni, Owen Bonnici flimkien maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando niedew programm mimli b’attivitajiet tal-Milied b’differenza fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza l-Esplora, fejn id-dħul se jkun b’xejn għat-tfal sa 15-il sena bejn it-tmintax ta’ Diċembru u s-sitta ta’ Jannar.Aqra aktar

Segwi kif ix-xjenza tista’ tassisti lill-wirt kulturali

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Science in the City li se jsiru l-Belt Valletta, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku (minn 12 il-sena ‘l fuq) sabiex isegwi informazzjoni dwar ix-xjenza tal-konservazzjoni permezz ta’ studju eċċellenti relatat mal-proġett ta’ konservazzjoni tal-Gran Salon, li bħalissa jinsab għaddej bis-sapport tal-Bank of Valletta.
Aqra aktar

Opportunità biex tara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti u kif jinvestigaw oġġetti storiċi

Matul l-attivitá Science in the City, Heritage Malta qed toffri l-opportunitá lill-pubbliku ġenerali biex jara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti tal-Laboratorji Diagnostiċi tal-aġenzija u kif jesploraw u jinvestigaw oġġetti storiċi.

Is-sistema micro-XRF tintuża minn Heritage Malta sabiex tanalizza materjali b’metodi li mhumiex invażivi. Jintużaw ukoll sistemi ta’ fotogarfija u x-rays sabiex tinġabar iktar informazzjoni fuq l-oġġett mingħajr ma jintmess.  Grazzi għal dawn is-sistemi, il-laboratorju jista’ jinvestiga materjali għal għanijiet ta’ dokumentazzjoni, deterjorazzjoni ta’ żeba u bini tal-profil tal-materjali li jkun uża artist fil-laboratorju.
Aqra aktar

Mix-xena tad-delitt sal-analiżi xjentifika

  • NITKELLMU MA’ STUDENTA BL-ASPIRAZZJONI TA’ KARRIERA F’LABORATORJU

Ftit tal-jiem ilu l-Kumpanija BioDNA Laboratory services ħabbret li qed jistennew li salaħħar tas-sena jiġu akkredidati fuq livell internazzjonali għal testijiet tossikoloġiċi. Dr Marisa Cassar, id-Direttur ta’ BioDNA, spjegat li l-Gvern qed ikompli jinvesti fix-xjenza. Fil-fatt BioDNA llum qed tkompli timraħ u se tiġi akkreditata biex toffri servizzi oħra sa l-aħħar ta’ din is-sena.

“Dan iwassal biex aktar kumpaniji barranin jagħżlu dan il-laboratorju għal aktar kollaborazzjonijiet,” tenniet Dr Cassar. Laboratorji bħal dan jagħmlu xogħol siewi ħafna fil-qasam forensiku fejn joffru servizzi lill-Qrati Maltin bħal fid-determinazzjoni tad-DNA għal skopijiet forensiċi, testijiet fuq id-droga maqbuda mill-pulizija biex tiġi determinata l-kompożizzjoni u l-purità tagħha.

Aqra aktar

Isir l-ewwel avvanz fid-dijanjosi tat-tuberkulosi

Xjentisti Brittaniċi għamlu l-ewwel avvanz fid-dijanjosi tat-tuberkulosi.

Riċerkaturi f’Oxford u f’Birmingham qed jgħidu li jistgħu jiżolaw tipi differenti tal-mard permezz ta’ proċess imsejjaħ jew magħruf bħala sekwenzi tal-‘genes’

Dan ifisser li pazjenti li kellhom jistennew xhur biex jiksbu l-mediċini adattati, issa tista’ ssirilhom dijanjosi fi ftit jiem sabiex ikollhom ċans akbar ta’ rkupru.

Aqra aktar

150 jesploraw

  • Attività ta’ outreach fil-Learning Hub f’Għajnsielem bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Il-bieraħ fil-Learning Hub ta’ Għajnsielem, Għawdex, is-Segretarju Parlamentatri Justyne Caruana u Jeffrey Pullicino Orlando fetħu l-ewwel attività in konnessjoni ma’ ftehim biex persuni b’diżabilità u anzjani jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza unika fl-Esplora.

150 tifel u tifla minn diversi skejjel u ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabilità ta’ etajiet u abilitajiet differenti kellhom esperjenza ta’ Science Outreach Programme organizzat mill-Esplora f’Għawdex. Tul din is-sessjoni l-istudenti skoprew iktar dwar iċ-Ċentru Esplora u dwar dak li għandu x’joffri fix-Xjenza u Teknoloġija. L-għan huwa li dawn il-persuni joqorbu aktar lejn dawn l-oqsma importanti fil-ħajja tagħna kif ukoll fl-iżvilupp ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend