Maltemp illejla? Jgħidilna l-espert

Matul din l-ġimgħa, minkejja li ser tkompli tippersisti s-sħana, se jkollna noħorġu l-umbrelel, kif ġara tul l-aħħar sigħat.  Tkellimna ma’ Felix Demicoli mill-uffiċju meterjoloġiku ta’ Malta, li spjegalna kif ir-riħ u l-mewġ qawwi huma xhieda tal-maltemp lejn pajjiżna, li mistenni idum ftit iżda ma jkun xejn kbir.

Il-maltemp mistenni jkompli tul dan il-lejl.

Aqra aktar

Mijiet ta’ ewro fi ħsara

Is-sindku ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar, spjegat li l-maltemp ikkawża mijiet ta’ ewro fi ħsara fil-logħob tan-nar tal-art ta’ llejla u ta’ għada f’Ħal Qormi.

Aqra aktar

Statwi bil-plastik u nar imxarrab

F’lokalitajiet fejn hemm il-festi x-xita li għamlet fl-aħħar siegħat kienet biċċa uġigħ ta’ ras. Fost oħrajn fis-Siġġiewi d-dilettanti tal-festa libsu l-istatwi bil-plastik, filwaqt li t-tapit tal-logħob tan-nar tal-arti ukoll messu ftit ilma. Dawn ikunu mumenti ta’ taqtigħ il-qalb għad-dilettanti li jkunu għamlu sena sħiħa iħejju għal dan it-tmiem il-ġimgħa u li jaraw kif wara xitwa xotta kellu jkun il-jum tal-24 ta’ Ġunju li jagħti tixriba nobis.

Aqra aktar

Mhux mistennija!

Il-maltemp jippersisti! Minjaf kemm huma dawk li qed jinkwetaw minħabba l-festa tar-raħal matul tmiem il-ġimgħa. Kien hemm dawk ukoll li malajr telqu mill-baħar hekk kif spiċċaw għasra bix-xita flok bil-baħar. Tgħid se jkollna sajf kollu maltemp?

Aqra aktar

Lestu l-umbrelel!

Wasalna fix-xahar ta’ Ġunju iżda mid-dehra t-temp ma jridx jaf. Illum qed nerġgħu nisimgħu r-ragħad u naraw ix-xita nieżla.

Temp li żgur ma jħajrekx tmur il-baħar anzi pjuttost jgħidlek oqgħod ġewwa ! Il-MET office qed ibassar li matul il-lejl ikollna iżjed xita.

Aqra aktar

Jitkellem dwar dak li qatt ma ra bħalu

Benny Camilleri, bidwi ta’ esperjenza, tkellem dwar kif l-istaġun tax-xitwa li għadda huwa wieħed li qatt ma ra bħalu. F’intervista ma’ ONE NEWS fil-jum li tħabbar li l-bdiewa se jingħataw għajnuna minħabba d-diffikulta li sofrew bin-nuqqas ta’ xita, Camilleri rrakkonta kif imnalla kellu ħażna tal-ilma biex bħal bniedem qed jgħereq qabad ma’ xi ħaġa. Iżda, fil-filmat li jidher hawn taħt isostni li dan ma jfissirx li jkun sar tajjeb għan-nuqqas ta’ xita. Aqra aktar

Jitla’ l-ilma fl-Imsida

Xena li ssoltu narawha fl-eqqel tax-xitwa u mhux meta bdiet nieżla sħana u l-ajru kollu sħab ‘tal-ħamrija’.

Pero’ jidher sforz il-pressjoni baxxa fl-ajru, tela’ l-ilma mix-xatt tal-Imsida fit-triq, b’riżultat li l-ilma ħareġ għal ġot-triq u saħansitra beda jfur mit-tappieri. L-iktar li kien hemm ilma kien qrib il-Knisja tal-Imsida.

Aqra aktar

Send this to a friend