Bir-ritratti: Infetħu bibien is-sema u ntlew il-Widien ta’ Chadwick

F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar. Hekk jgħid il-qawl Malti u żgur mhux sejjer żmerċ, dan hekk kif tmiem ix-xahar ta’ Jannar qed inqattgħuh b’ksieħ u xita li qed  timla l-widien ta’ Chadwick Lakes li żvujtaw tul ix-xitwa xotta tal-2016.

Fil-waqt li bosta jaf ma jkollhomx ix-Xitwa għal qalbhom, wieħed ma jistax ma japprezzax il-ġid li ġġib magħha x-xita, xita li tkun mistennija ferm mill-bdiewa Maltin.

Ritratti mill-isbaħ meħuda mill-fotografu Kevin Abela mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, jixdhu kif ic-Chadwick Lakes ingħata l-ħajja mill-ġdid bl-ilma tax-xita miġbur jagħti pjaċir lill-papri li kienu hemm.

Aqra aktar

Ġejja x-xita…

Minkejja li ħafna drabi l-artiklu jgħidlek dwar it-tbassir tat-temp, din id-darba se jgħidlek dwar produzzjoni qasira li għamlu studenti tal-MCAST.

Aqra aktar

Diċembru jġib fi tmiemha l-ħames l-aktar sena xotta fir-rekords

L-2016 kienet il-ħames l-aktar sena xotta mill-1923 ’l hawn. Għalkemm is-sena bdiet b’temperaturi kesħin u żewġ istanzi ta’ silġ f’Jannar, din spiċċat fuq nota aktar sħuna, b’Diċembru jirreġistra temperaturi li kienu kemxejn ogħla mill-medja.

Ħarsa ħafifa lejn it-temp li kkaratterizza l-2016 turi li matul is-sena li għaddiet it-temperaturi varjaw bejn minimu ta’ 5.9°C u massimu ta’ 37.5°C.

It-temperatura medja tal-baħar f’Diċembru kienet ta’ 18.9°C u waqgħet bejn it-temperatura medja l-aktar sħuna milħuqa f’Awwissu— 25.7°C — u dik l-aktar kiesħa rreġistrata f’Marzu — 15.9°C. It-temperaturi tal-arja għal Diċembru wkoll kienu pjuttost sħan u, fil-fatt, żammew medja ta’ 17.1°C tul ix-xahar.

Aqra aktar

It-tbassir kien tajjeb – Silġ f’diversi lokalitajiet

Fuq is-sit soċjali facebook wieħed jista’ jara numru ta’ ritratti minn lokalitajiet diversi madwar Malta fejn għamlet ħalba silġ. Kien hemm min stqarr li stenna li se jagħmel aktar silġ, filwaqt li kien hemm oħrajn li qed jistennew il-lejl biex it-temperatura tinżel aktar u jiżdied iċ-ċans li jagħmel is-silġ.

Aqra aktar

TWISSIJA TA’ RIEFNU

Ftit tal-ħin ilu ktibna li numru ta’ nies kellhom jingħataw l-għajnuna wara li ġibidhom il-baħar tad-Dwejra.

Il-baħar jidher qawwi wkoll f’Marsalforn, fejn saħansitra tela’ fuq l-art u għatta t-triq kompletament.

L-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riefnu sa 50 mil nawtiku madwar Malta. Ir-riħ huwa mill-punent forza 6 għal 7, lokalment forza 7 għal riefnu forza 8, u se jdur mill-Majjistral forza 6 jew 7 filgħaxija. Il-baħar bħalissa huwa qawwi li jsir qawwi ħafna,  bl-imbatt baxx mill-Majjistral li jsir baxx mill-punent sa llejla.

Għada ikkonfermat li mistenni li jinżel is-silġ.

Aqra aktar

Jekk sejjer tiċċelebra sena ġdida fil-ftuħ aħsiblu

  • Jum ftit imsaħħab tal-Ewwel tas-Sena imdawwal minn intervalli twal xemxin
  •  L-aktar temperatura baxxa għal tmiem il-ġimgħa se tkun ta’ 7°C, l-ogħla se tilħaq 15°C
  •  Mhix imbassra xita għall-ewwel ġurnata tas-sena

It-tbassir tat-temp għal tmiem il-ġimgħa li ġej jindika li, wara t-temp sabiħ li gawdew il-gżejjer fil-Milied, is-Sena l-Ġdida ser iġġib magħha temperaturi aktar baxxi, sema ftit imsaħħab u possibbiltajiet ta’ xita.

Aqra aktar

Il-maltemp iwaqqaf l-attivitajiet tal-Milied

Ninsabu eżatt ġimgħa qabel il-Milied u l-atmosfera taċ-ċelebrazzjonijiet tibda tirranka. Iżda illum iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom ikunu sospiżi ħesrem, minħabba t-temp ikrah li laqat lill-gzejjer Maltin u Għawdxin.

Kienu bosta l-villaġġi tal-Milied madwar Malta li żżarmaw, u attivitajiet, anka filantropiċi li tħassru. One News żar uħud minn dawn il-lokaltajiet, fejn sfortunatament minflok l-innijiet tal-Milied smajna ħoss ieħor, dak tar-riħ qawwi jvenven.

Aqra aktar

Send this to a friend