Ċans ta’ ragħad nhar il-ġimgħa

Is-Sit FirstMalta qed jindika li skond l-aħħar indikazzjonijiet tat-tbassir tat-temp qed jidher li ammont ta’ xita se tilħaqna nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar u dan hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa se titla’ mit-Tramuntana tal-Afrika u tersaq ‘l fuq.

Ix-xita mistennija tkun akkumpanjata wkoll minn xi ragħad li minn ħin għall-ieħor jista’ jilħaq fuq il-gżejjer Maltin ukoll.

Segwu aktar fuq: http://www.firstmalta.com

Se jinżlu t-temperaturi u jkollna ftit xita

Arja kiesħa qed toriġina lejn it-Tramuntana tal-Ewropa u mistennija tinżel l’isfel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin.

Jidher li fi tmiem il-ġimgħa ser ikollna ftit xita ħafifa f’forma iżolata minħabba l-massa t’arja kiesħa. Dan mistenni jiġri hekk kif din l-arja qed tikkontrasta mal-arja relattivament iktar sħuna li qed taffetwana bħalissa.

Minn nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar nistennew tibdil fit-temperaturi hekk kif dawn mistennija jinżlu bi ftit gradi, hekk kif l-ogħla mistennija tilħaq il-15C u l-inqas l-10C, mentri t-Tnejn 5 ta’ Frar jinżlu ftit iktar hekk kif l-ogħla tilħaq it-13C u l-inqas l-10C.

It-temperaturi viċin dawn il-livelli mistennija jippersistu matul il-ġimgħa d-dieħla wkoll.

Dan ħabritu s-sit indipendenti ta’ FirstMalta. Żur http://www.firstmalta.com u https://facebook.com/firstmalta għal aktar tagħrif.

Xita jew le għat-Tnejn filgħodu?

Is-sit FirstMalta, bassara indipendenti tat-temp, innotaw li ammont kbir ta’ kummenti fuq il-midja soċjali qed joħolqu xi ftit ta’ allarm hekk kif ħafna qed jgħidu li nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru mistennija ammont kbir ta’ xita.

Aqra aktar

Aħsibha darbtejn jekk se taħsel il-karozza din il-ġimgħa

Jekk għandek il-ħsieb li din il-ġimgħa taħsel il-karozza jew forsi t-twieqi tad-dar, jaqbillek taħsibha darbtejn.

Dan hekk fi tmiem il-ġimgħa mistennija x-xita tal-ħamrija, fejn skont dak irrapportat minn FirstMalta jiġi  nnotat li l-kurrenti li se jġibu din is-sistema lejna se jimxu mit-Tramuntana tal-Afrika fid-direzzjoni lejn Sqallija u se jolqtu lil Malta xi ftit.

Aqra aktar

Sħana, tidlik u issa dalwaqt xita

Wara din il-mewġa ta’ sħana, sa fl-aħħar, hemm ftit tama ta’ xita fuq il-gżejjer Maltin. Dan hekk kif is-sistema tal-Global Forecasting System Amerikana, li tipprevedi t-temp madwar id-dinja, qed tindika ftit tama ta’ xita f’xi ħin wara l-20 ta’ Awwissu. Dan skont rapport fuq FirstMalta.

Aqra aktar

Għall-erwieħ!

Qed tħoss li l-arja inbidlet ftit? Infatti hekk hu! Skont is-sit elettorniku Firstmalta.com, jista’ jkun li jkollna anke xi ftit xita bejn għada u nhar it-Tnejn!

Għal min ħaseb li jista’ joħroġ l-umbrella, però, sejjer żball, għax mistennija tinżel vera ftit, jew traxxax ħarira.

Li hu żgur hu li  t-temperaturi mistennija jinżlu viċin il-medja staġjonali wara li arja friska minn fuq l-Ewropa mistennija tinżel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

Mejju mgħarraq fid-dawl tax-xemx iżda ftit li xejn xita

  • Temperaturi medji tal-arja u tal-baħar 1°C ogħla min-norma klimatika
  • Viżibbiltà mnaqqsa f’erba’ okkażjonijiet minħabba partikoli tat-trab u ċpar
  • Ħafna anqas xita mill-ammont mistenni f’dan iż-żmien tas-sena

Temperaturi ogħla min-norma klimatika u sigħat twal ta’ xemx ikkaratterizzaw ix-xahar ta’ Mejju, u żgur li niżlu tajjeb ma’ koppji li kellhom it-tieġ ippjanat għax-xahar li għadda. Madankollu, dan it-temp sabiħ kien interrott minn żewġ maltempati bir-ragħad u s-sajjetti, fit-12 u t-13 tax-xahar. 12.9 sigħat ta’ xemx irrekordjati fil-31 ta’ Mejju, ġabu x-xahar fi tmiemu fuq nota tassew imdawla.

Ix-xahar li għadda kien ħafna aktar xemxi milli mistenni, u fil-fatt gawda minn ’il fuq minn 21 siegħa aktar min-norma għal dan iż-żmien tas-sena. B’kuntrast, ir-rekords meteoroloġiċi juru li fl-14 ta’ Mejju ix-xemx ma ħarġet xejn u b’hekk dan kien l-aktar jum mudlam tax-xahar.

Barra minn hekk, kopertura ta’ sħab medja ta’ 2.7 oktas tindika li, b’mod ġenerali, sħab imferrex kien osservat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tul ix-xahar. Madankollu, il-viżibbiltà kienet imnaqqsa f’erba’ okkażjonijiet differenti; fil-11 u t-12 ta’ Mejju minħabba partikoli tat-trab sospiżi fl-arja, u fis-6 u s-16 ta’ Mejju minħabba ċ-ċpar.

It-temperaturi medji tal-arja u tal-baħar f’Mejju t-tnejn kienu 1°C ogħla min-norma klimatika ta’ 19.8°C u 18.0°C rispettivament, u ħajru lil ħafna jaqbżu l-ewwel qabża l-baħar. It-temperatura minima l-aktar baxxa – 12.8°C – ġiet irreġistrata fl-ewwel ta’ Mejju, filwaqt li ogħla temperatura massima laħqet it-30.8°C fit-tieni Ġimgħa tax-xahar.

Dan il-jum kien pjuttost mirjieħ u fih ġiet irreġistrata buffura riħ ta’ veloċità ta’ 44 knot. Tul ix-xahar għamlet ukoll anqas xita milli mistenni u t-total imkejjel kien dak ta’ 0.6mm, jiġifieri 7.9mm anqas min-norma klimatika għal Mejju. Nida li niżlet fi tlitt ijiem separati kkontribwiet għal dan l-ammont.

Send this to a friend