Ċans ta’ xita għada

Jidher li l-għerejjex ta’ Santa Marija se jerġgħu ikunu magħna din is-sena, hekk kif l-Uffiċju Meterjoloġiku qed ibassar ħalbiet iżolati ta’ xita għada, jum qabel waħda mill-ikbar festi fil-Gżejjer Maltin.Aqra aktar

Nieżla x-xita fil-gżira Għawdxija

Awwissu huwa magħruf li ġieli jtina ħalbiet tax-xita imma maġġoranza dan jiġri viċin il-15 ta’ Awwissu. Din tissejjaħ l-għarixa ta’ Santa Marija.

Donnu li t-temp qed jinbidel ġmielu u bħalissa nieżla x-xita fil-gżira Għawdxija.

Filmat: Gozo Weather Page

Xita bir-ragħad għal għada

Jidher li għada se tilħaqna x-xita, possibbilment bir-ragħad mal-ġurnata.

Dan tħabbar fuq is-sit FirstMalta (ara: http://www.firstmalta.com) fejn saħqet li se jilħaq lill-gżejjer tagħna, riħ Nofsinhar li jsir Punent b’Forza 4 sa 5.

L-ogħla temperaturi mistennija jkunu ta’ 14C waqt li l-inqas, mistennija tkun dik ta’ 10C.

Dan qed jiġri hekk kif bħalissa sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq l-Italja se tkun qed tersaq iktar lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil gżejjer Maltin. Dan se jwassal sabiex it-temp instabbli jkompli jolqotna. Dan ġie msemmi mill-Universita’ ta’ Berlin li għandha l-awtorita’ li ssemmi s-sistemi ta’ pressjoni baxxa u għolja fuq iż-żona tal-Ewropa Ċentrali  qed issejjaħ din is-sistema li se tkun qed taffetwana fil-ġranet li ġejjin bħala ‘Sabine’, il-verżjoni tal-isem ‘Sabrina’ bil-Ġermaniż.

 

Capture

 

Malta fl-ewwel post fl-Ewropa għall-ammont ta’ xita li niżlet f’24 siegħa

Fil-jum tal-10 ta’ Frar, Malta telgħet fl-ewwel post għal aktar pajjiż Ewropew li fih niżlet xita f’ 24 siegħa.

Dan ixxandar mis-sit Spanjol Ogimet li jiġbor informazzjoni dwar it-temp mill-istazzjonijiet tat-temp madwar id-dinja kollha u joħroġ lista ta’ rekords kemm għat-temperaturi u kif ukoll għall-ammont ta’ xita li niżlet madwar id-dinja.

Malta kisret dan ir-rekord il-bieraħ għal ġurnata, hekk kif ġiet imkejla 116.2mm xita fuq Ħal Luqa.

Dan l-ammont ta’ 116.2mm xita li niżlet f’ġurnata, huwa kważi d-doppju tax-xita li s-soltu tinżel fi Frar kollu bħala medja.

Minn madwar id-dinja kollha, Malta irreġistrat fit-8 post. Dan dejjem fir-rigward tal-jum tal-10 ta’ Frar 2018. Dan tħabbar fuq is-sit First Malta https://www.facebook.com/firstmalta

Minkejja l-ġimgħa, it-temp fil-Karnival se jippermetti

Madanakollu, minbarra l-ġimgħa, it-temp jidher li se jżomm għall-ġranet tal-karnival, hekk kif jidher li sistema ta’ pressjoni baxxa li se toriġina minn fuq l-Afrika ta’ fuq se tkun ferm viċin tal-gżejjer Maltin u mistennija ġġib ammont ta’ xita dakinhar.

Jidher iżda li l-ġranet l-oħra mistennija jkunu pjuttost aċċettabli għalkemm it-temperaturi se jkunu qed jilħqu viċin l-14C (l-ogħla) u madwar l-10C (l-inqas). Għalhekk jekk tilbsu sew, din is-sena se nkunu qed ingawdu l-karnival.

Dan huwa tbassir tat-temp fit-tul. tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li dan għandu jittieħed biss bħala indikazzjoni hekk kif huwa fatt magħruf li t-tbassir fit-tul huwa ferm inqas preċiż minn dak fil-viċin.

Żuru s-sit: http://www.firstmalta.com/

Send this to a friend