Xiri – One News

Notifiki

Il-Caritas qed tagħmel xogħol fejjiedi


Propju fil-ġurnata li d-dinja qed tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Familja, Caritas Malta ħabbret għajnuna għall-familji u persuni li minħabba l-pandemija sabu ruħhom f’diffikultà finanzjarja. Aqra aktar

Nitlob il-flus lura jew naċċetta nota ta’ kreditu?

Meta aħna l-konsumaturi nirritornaw xi oġġetti lura għand il-bejjiegħ, mhux dejjem inkunu nafu kif tipproteġina l-liġi fiċ-ċirkustanza li nkunu fiha u għaldaqstant ma nkunux nafu jekk għandniex dritt ninsistu li ningħataw flusna lura jew naċċettaw in-nota ta’ kreditu offruta mill-bejjiegħ.

It-tip ta’ rimedju li għandna ningħataw meta prodott jiġi ritornat għand il-bejjiegħ jiddependi jekk il-prodott qed jiġi ritornat għaliex huwa difettuż jew għaliex ma nixtiequx inżommu l-oġġett mixtri.

Meta nibdlu l-ħsieb dwar il-prodotti mixtrija, il-bejjiegħa m’għandhomx obbligu legali li jagħtuna rifużjoni tal-flus li nfaqna. Fortunatament għalina l-konsumaturi l-maġġor parti tal-bejjiegħa jaddottaw policies ta’ ritorn li jippermettu lill-konsumaturi jirritornaw oġġetti mixtrija u jekk iridu jibdluhom ma’ prodotti oħra. Ċertu bejjiegħa joffru wkoll noti ta’ kreditu f’sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi ma jsibux prodott ieħor ma x’hiex jibdlu l-oġġett li ma jridux.  Sabiex jibbenefikaw minn dawn il-policies ta’ ritorn il-konsumaturi jiġu mitluba li jimxu ma’ numru ta’ kundizzjonijiet bħal per eżempju li jirritornaw il-prodott li ma jridux sa’ data partikolari, li ma jużawx l-oġġett u li ma jaqtgħux tikketti jew li ma jarmux il-packaging oriġinali.Aqra aktar

Parir lil tal-ħwienet: il-konsumaturi qed jirfsu l-għatba tal-ħanut diġà informati sew

Studju li ġie kkummisjonat mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) f’Lulju tas-sena 2016, jiżvela li iktar minn tliet kwarti tal-konsumaturi (ta’ kull età) f’Malta u Għawdex jużaw l-Internet.

Minkejja li l-laptop/desktop jibqa’ l-apparat l-iktar komuni fost il-maġġoranza tal-utenti tal-Internet, l-ismartphones u t-tablets qegħdin aktar ma jmur isiru popolari, b’żieda ta’ 29% u 17% rispettivament f’dawn l-aħħar sentejn.

L-istudju jiżvela li iżjed konsumaturi saru jużaw l-Internet, anke waqt xiri. Fil-fatt, l-Internet huwa meqjus bħala l-ewwel mezz li l-konsumaturi jikkonsultaw sabiex jfittxu dwar prodotti u/jew bejjiegħa qabel jixtru.

Interessanti illi madwar 70%  tal-utenti tal-Internet jagħmlu dan, irrispettivament jekk ix-xiri  ssirx onlajn jew minn ħanut.

Aqra aktar

Każijiet fejn il-konsumatur kellu raġun

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet avviżi pubbliċi li bihom identifikat u għarrfet lill-pubbliku li ċertu negozjanti u kumpaniji ma onorawx id-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

Fosthom Jason Galea ta’ Sails and Canvas Ltd li tħallas €2000 mill-konsumatur sabiex jikkonsenjalu tinda fiż-żmien miftiehem, iżda minkejja li ġie kkuntattjat kemm-il darba mill-konsumatur, naqas milli jonora dan l-impenn. Minbarra dan, il-kummerċjant naqas milli jattendi s-seduti tat-Tribunal u lanqas issottometta risposta għat-talba tal-konsumatur.  It-Tribunal ordna lil Galea biex iħallas lill-konsumatur €2000 kif ukoll l-ispejjeż tat-Tribunal.

L-Awtorità semmiet ukoll lil Mark Anthony Barbara, bejjiegħ li installa żewġ air-conditioning units, li wieħed minnhom ma ġiex installat tajjeb u dan wassal biex l-air conditioner ma bediex jaħdem tajjeb. Il-konsumatur ġabar stima tal-ispejjeż biex jissewwa l-air conditioner u dan ammonta għal €630. Barbara naqas milli jissottometti risposta għat-talbiet tal-konsumatur u anke naqas milli jattendi s-seduti tat-Tribunal. Hu ġie ordnat iħallas lill-konsumatur l-imsemmi €630 u l-ispejjeż tat-Tribunal.

Aqra aktar

Il-KE toħroġ b’regoli ġodda għall-kummerċ online

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret miżuri li għandhom ibiddlu t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għall-kummerċ elettroniku fl-UE.

Il-proposti se jippermettu lill-konsumaturi u lill-kumpaniji, b’mod partikolari negozji żgħar u ġodda, jixtru u jbigħu prodotti u servizzi onlajn aktar faċilment.

Bl-introduzzjoni ta’ portal għall-UE kollha għall-pagamenti onlajn tal-VAT (servizz ta’ one-stop-shop), l-ispejjeż tal-konformità tal-VAT se jitnaqqsu sew u n-negozji fl-UE kollha se jiffrankaw €2.3 biljun fis-sena.

Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw ukoll li l-VAT jitħallas fil-pajjiż tal-konsumatur finali, biex ikun hemm distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul mit-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE.

Aqra aktar

Titjib fis-servizz u xiri pubbliku

Is-Servizz u x-Xiri Pubbliku se jkun ferm iktar aċċessibbli minn qabel biex ikomplu jissaħħu t-trasparenza u l-kontabilita.

Qal dan Mario Cutajar, is-Segretarju Permanenti Prinċipali waqt laqgħa informattiva dwar tibdiliet fir-regolamenti tax-xiri bejn il-Gvern u l-privat u l-proċess ta’ tiġdid tas-Servizz Pubbliku.
Aqra aktar

Jidħol fis-seħħ tibdil fix-xiri pubbliku tal-Gvern

B’effett minn dan ix-xahar, se jkunu qed jidħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-mod ta’ kif il-Gvern jixtri prodotti u servizzi, proċess magħruf bħala public procurement.

Dawn ir-regoli se jwasslu għal proċessi aktar effiċjenti, flessibbli, b’inqas burokrazija u b’aktar trasparenza. Ir-regoli se jwasslu wkoll biex Malta tkun konformi mar-regolamenti u direttivi tal-Unjoni Ewropea.

Il-mod ta’ kif il-Gvern jagħmel ix-xiri tiegħu huwa regolat mill-Public Procurement Regulations, liema regoli għaddew minn proċess ta’ reviżjoni biex jirriflettu l-ħtiġijiet preżenti tal-Gvern. Ir-regoli l-ġodda se jagħmluha wkoll aktar faċli u irħas għall-intrapriżi żgħar u medji li jitfgħu l-offerta tagħhom għall-kuntratti pubbliċi filwaqt li jassiguraw l-aħjar valur għall-flus għal xiri pubbliku.

Aqra aktar

5% jixtru l-mediċina online

Huma ħafna li forsi biex jiffrankaw xi ħaġa, jixtru mill-internet. Illum-il ġurnata, online issib mhux biss ħwejjeġ jew bżonnijiet oħra imma anke mediċina. Jessica Sultana stħarrġet dwar dan u saqsiet lin-nies li kienu l-Belt Valletta.

 

Send this to a friend