xelter – One News

Notifiki

Mijiet jinżlu f’xelter ta’ żmien il-Gwerra fl-Imtarfa

Fl-okkażjoni tal-jum li jfakkar it-tmiem taż-żewġ gwerer kbar, mijiet ta’ familji ħonqu l-eks sptar navali għal Military Mtarfa.  Attività rinomata fil-kalendarju kulturali. Madankollu, din is-sena, kull min żar dan il-post storiku, kellu l-opportunità li għall-ewwel darba jinżel fix-xelter li ta’ kenn lil mijiet ta’ suldati Ingliżi li ndarbu kif ukoll lil paramediċi mill-bombi tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Aqra aktar

Ix-Xelter għall-anzjani f’Għawdex wasal biex jinfetaħ

Nhar is-Sibt li ġej fix-Xagħra Għawdex se jinfetaħ iċ-Ċentru Pastorali u ‘Night Shelter’ li fih ser jospita anzjani li jispiċċaw waħedhom bil-lejl.

Wara ftehim li sar bejn il-Knisja u l-Istat, kien deċiż li s-servizz kollu ta’ dan ix-xelter jiġi mħallas mill-Gvern, filwaqt li l-bini u l-installar tal-ilma u d-dawl sar peremezz ta’ volontarjat u karità.Aqra aktar

ARA: Jinfetaħ xelter ieħor f’Ħad-Dingli

Kien jum speċjali għad-Dinglin hekk kif f’Jum Ħad Dingli, infetaħ xelter ieħor għall-pubbliku li jmur lura għal żmien it-Tieni Gwerra Dinija.

Folla kbira nġabret sabiex tassisti għal ċerimonja ta’ ftuħ, li fost oħrajn inkludiet parata mill-grupp tal-iscouts ta’ Ħad Dingli u n-ninteenth Dingli Girl Guides, u kif ukoll esebizzjoni mill-isbaħ tal-Malta Command Inauguration.żAqra aktar

Kummenti pożittivi dwar ix-xelters għall-qtates f’San Ġwann

Fi grupp għal dawk li jħobbu l-annimali fuq is-sit soċjali ta’ facebook tpoġġa dan ir-ritratt ta’ ‘djar’ għall-qtates li jgħixu bla saqaf fuq rashom u li l-unika tama ta’ ħajja jridu jsibuha fit-toroq Maltin. Kienu bosta l-kummenti ta’ tifħir u pożittivi dwar dawn ix-xelters għall-annimali fil-bandli ta’ San Ġwann.

Aqra aktar

Anzjana toffri dar biex nisa vulnerabbli jkollhom kenn ġdid

Kif kien imwiegħed f’Marzu, llum infetħet Dar Maria Dolores biex toffri kenn lil nisa vulnerabbli. Din id-dar kienet mogħtija bla kera lill-Fondazzjoni ta’ Maria Dolores, anzjana ta’ 92 sena filwaqt li r-rinovazzjoni tal-post sar mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetá soċjali.

Aqra aktar

L-ewwel xelter ta’ emerġenza f’pajjiżna

Ġiet inawgurata Dar Papa Franġisku f’Birkirkara: l-ewwel xelter ta’ emerġenza  f’pajjiżna. Dan infetaħ bil-għajnuna ta’ Caritas Malta u investiment mal-privat, f’dan il-każ The Alfred Mizzi Foundation.

Dan huwa mudell uniku u ta’ fejda għal dawk l-aktar fil-bżonn u qed isir wara li l-fondazzjoni li se tmexxih, Dar il-Hena, ġiet imwaqqfa fis-16 ta’ Settembru 2015.

Aqra aktar

Send this to a friend