Xarabank – Page 5 – One News

Notifiki

Il-GWU tikkundanna l-agressjoni fuq xufier u tagħmel appell

Il-General Workers’ Union ikkundannat l-aħħar aggressjoni li saret fuq xufier ta’ tal-linja. Fi stqarrija esprimiet is-solidarjetà tagħha ma’ dan ix-xufier, u qalet li “ma tista’ qatt u fl-ebda ċirkostanza – hu x’inhu l-każ – taċċetta li ħaddiema jkunu aggrediti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom”.

Fi kliem il-Union, “la qatt kien u lanqas hu ġustifikat li xi ħadd jipprova jieħu r-raġuni jew ġustizzja b’idejh billi jwettaq att bħal ma seħħ. Atti li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-persuna ta’ individwi oħra li jinzertaw fl-inħawi. Il-vjolenza qatt ma sservi biex jintrebaħ ir-raġun. Dan l-aħħar każ huwa turija ta’ dak li jgħaddu minnu ħaddiema li jkunu qed jaqdu dmirhom biex iwasslu servizzi essenzjali għall-pubbliku”.

Għaldaqstant il-GWU talbet li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex l-aggressur jieħu dak li ħaqqu, u appella lill-awtoritajiet biex iħarrxu l-pieni għall-atti li jseħħu kontra l-ħaddiema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

“Qed noffru lix-xufier l-appoġġ kollu li għandu bżonn” – Malta Public Transport

Malta Public Transport ħarġet stqarrija li fiha kkundannat dak li qed issejjaħlu attakk fuq wieħed mix-xufiera tagħha.

Filmati CCTV meħuda mix-xarabank meta seħħet ġlieda lbieraħ turi li x-xufier safa’ attakkat waqt li kien qed jaqdi dmiru. Malta Public Transport innotat li x-xufier ma kien provoka lil ħadd u x-xarabank kien wieqaf, jistenna lit-traffiku biex ikun jista jitħarrek.

Aqra aktar

Anzjan jittajjar minn xarabank

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet ittajjret persuna fi Triq Sarria, il-Furjana.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel ta’ 61 sena, residenti Birkirkara kien safa mtajjar minn xarabank, misjuqa minn xufier ta’ 24 sena residenti Bormla.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

X’qal Simon lil Demarco?

Ħafna staqsew x’qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco wara li Simon Busuttil talbu jkeċċih il-barra. It-tweġiba fil-filmat.

Aqra aktar

Send this to a friend