Xarabank – Page 4 – One News

Notifiki

Minn ċertifikat ta’ diżastru għal ċertifikat differenti

Aħbarijiet pożittivi fi ftit jiem dwar it-trasport pubbliku huma turija ċara li f’dan il-qasam kien hemm turnaround. Fejn sa tliet snin ilu, il-pubbliku kien jitkellem dwar is-servizz bħala fjask, illum qed inkompli jiġi rreġistrat titjib wara l-ieħor.

L-aħbar li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 15% fil-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, flimkien maż-żieda ta’ 7,000 persuna li għandhom tallinja card u l-aħbar li tallinja app ħadet il-premju tal-aħjar mobile application tas-sena 2016, huma kollha ċertifikat ta’ fiduċja fit-trasport pubbliku.

“Għalkemm intenni li għad baqa’ fejn jista’ jsir titjib fis-servizz, ninsab sodisfatt għall-isforzi li qed tagħmel il-kumpanija Malta Public Transport, bl-impenn ukoll ta’ Transport Malta bħala r-regolatur, biex aktar individwi jibdew jagħżlu t-trasport pubbliku bħala mezz alternattiv,” qal il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi.

Aqra aktar

Arrestat raġel b’rabta mal-attakk fuq ix-xarabank tat-tim ta’ Borussia Dortmund

Il-pulizija Ġermaniża arrestat suspettat b’rabtiet Iżlamiċi wara li sar attakk b’bomba fuq ix-xarabank tat-team tal-football Borussia Dortmund.

Prosekuturi qalu wkoll li waħda mit-tliet splussivi użati fl-attakk li seħħ it-Tlieta filgħaxija kellhom strixxi tal-metall. Intqal ukoll li qed ikunu investigati żewġ ittri li fihom tintrefa r-responsabbiltà tal-attakk.

Aqra aktar

Jaħbtu żewġ karozzi tal-linja; xufier midrub u żewġ passiġġieri b’xokk qawwi

Żewġ karozzi tal-linja ħabtu f’xulxin fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Riżultat tal-ħabta, sewwieq ta’ xarabank minnhom, li huwa raġel ta’ 53 sena minn Ħal Qormi, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Żewġ passiġġiera oħra li kienu abbord kellhom jittieħdu għall-kura, din id-darba minħabba xokk qawwi li sofrew. Dan seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Tallinja app taħdem? Provajniha mill-Marsa sal-Belt

Il-klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Android. L-app innovattiva hija b’xejn u hija pass importanti biex ikompli titjieb l-esperjenza ġenerali tal-klienti. Tista tuża l-app biex issib l-iżjed waqfa viċin tiegħek jew ssir taf x’ħin se tasal il-karozza tal-linja matul servizz ta’ 30 minuta.

It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lil sistema. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta’ fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal ul-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni onlajn, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranzazzjonijiet.

Biex nipprovaw dan kollu, morna mill-Marsa sal-Belt Valletta.

Aqra aktar

Kien Żaren Vassallo li xehed li ltaqa’ mal-Ministru 

Kien Żaren Vassallo nnifsu li kien iddikjara bil-ġurament li ltaqa’ mal-Ministru dwar  l-art tal-Lowenbrau.

Żaren Vassallo kien xehed dan fil-Qorti waqt kawża li kienet għaddejja bejnu u s-sidien tal-kumpanija Marsovin. Żvela dan il-Ministru Owen Bonnici, waqt il-programm Xarabank, f’dibattitu mal-eks Ministru Jason Azzopardi. L-istess Azzopardi li kien ilu għal diversi jiem jiċħad li ltaqa’ ma’ Vassallo.

Meta qara mix-xhieda, il-Ministru Bonnici żvela kif Vassallo qal li ma kienx kuntent b’ittra li rċieva mid-Dipartiment tal-Artijiet għax jekk kien hemm kwistjoni minn naħa tagħhom ma kellux ikun hu li jġorr il-piż tagħha. Biex hawn qal li ltaqa’ mal-Ministru u sar diskors dwar kompromess.

Tal-linja tgħoddha b’waħda

Qrib nofsinhar illum seħħ inċident b’tal-linja li fih b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd.

Il-karozza tal-linja aktarx li saqet b’lura u kienet se tispiċċa f’ħofra f’post fejn qed issir kostruzzjoni fil-venda tal-Belt Valletta.

Ħajr għar-ritratt: Malta Diżastru Totali

Send this to a friend