Xarabank – Page 3 – One News

Notifiki

Tmintax mejta wara ħabta bejn xarabank u trakk

Tmintax-il persuna tilfu ħajjithom wara li x-xarabank li kienu fuqu ħabat ma’ trakk u nħakem min-nirien waqt li kien ghaddej fuq il-motorway A9 fin-Nofsinhar tal-Ġermanja.

Tletin persuna irnexxilhom jaħarbu min-nirien, iżda uħud minnhom jinsabu f’qagħda kritika. Ix-xarabank kien qed iġorr penzjonanti Ġermaniżi.

Aqra aktar

€355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza

Inġabret is-somma ta’ €355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza, dan waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank. Somma li turi l-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi.

Kien matul il-programm li ddominaw stejjer ta’ persuni li ġew fil-bżonn tad-Dar tal-Providenza, dar li tagħti kenn lill-persuni b’diżabbiltà.

Apparti minn hekk il-programm kien imżewwaq bi spettaklu kbir minn persuni famużi f’Malta, fejn fosthom kien hemm anke membri Parlamentari.

Sondaġġ pubbliku wara Xarabank: FIDUĊJA F’JOSEPH MUSCAT

The Third Eye hija l-organizazzjoni studentenska indipendenti li organizzat id-dibattuti bejn il-mexxejja tal-Partiti Politiċi fuq il-campus tal-Università ta’ Malta.

F’sondaġġ li għamlet eżatt wara l-programm Xarabank tal-bieraħ, staqsew lill-pubbliku ġenerali mistoqsia sempliċi: min kien l-aħjar waqt id-dibattitu dwar l-elezzjoni ġenerali, Joseph Muscat jew Simon Busuttil?

Ir-riżultat jitkellem waħdu: 10,406 favur il-Prim Ministru. Id-doppju ta’ Simon Busuttil.

Dan tal-aħħar, filwaqt li ħareġ karti kontr karti, baqa’ jibża jerfa’ responsabilità wara t-tfigħ kollu ta’ tajn fuq il-każ Egrant. Ma spjegax kemm daħħal flus fil-but meta tax-Shell għamlu out of  court settlement ta’ €5 MILJUNI, u ma refax ir-responsabilità fuq il-każ Beppe Fenech Adami, li allegazjonjiet dwaru b’rabta ma’ droga u ħasil ta’ flus jinsabu quddiem l-FIAU.

Barra minn hekk, kien dibattitu fejn minkejja t-tfigħ kollu ta’ tajn ta’ Simon Busuttil, ma spjegax imqar darba l-proposti li għandu għal ġid u l-ġejjieni tal-pajjiż.

Aqra aktar

FILMAT: Telefonati u vannijiet biex tal-PN jinġabru jċapċpu barra l-bini ta’ Xarabank

Il-Partit Nazzjonalista organizza folla biex tmur Ħal Qormi barra l-bini ta’ fejn isir Xarabank. Dan biex iċapċap lil Simon Busuttil la jasal u jitlaq mid-dibattitu.

Organizzati b’telefonati mid-Dar Ċentrai l-partitarji waslu b’vannijiet u kitbiet fuq kartun. Fost dawk miġbura kien hemm ukoll uċuħ familjari għaliex kienu fl-istess folla li attakkat il-ġurnalisti sena ilu meta l-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil u d-deputat tiegħu Jason Azzopardi ħaduhom jagħmlu l-istorbju qabel seduta l-Qorti.

Aqra aktar

L-għaxar punti ewlenin tad-dibattitu Xarabank

1. Il-Prim Ministru kien kalm u seren, Simon Busuttil aggressiv

2. Simon Busuttil baqa’ ma ressaq ebda prova u reġa’ qal li mhux ix-xogħol tiegħu

3. Il-Prim Ministru espona kif dikjarazzjonijiet minn suppost dokumenti ta’ Daphne Caruana Galizia huma foloz

4. Simon Busuttil irreaġixxa billi qal li rrelevanti jekk il-kumpanija hix ta’ Joseph Muscat jew martu

5. Il-mexxejja tkellmu dwar l-attakki fuq il-familji; Busuttil qal li hawn m’għandux kontroll x’tikteb Daphne Caruana Galizia

6. Jirriżulta li s-sejf fejn ingħad li kienu moħbija d-dokumenti, fil-kċina, lanqas jeżistu

7. Meta tkellmu dwar temi oħra, il-Prim Ministru fakkar kif illum sar magħruf li fi tliet snin il-Gvern neħħa l-faqar ta’ amministrazzjoni preċedenti

8. Mistoqsi x’jagħmel jekk jirriżulta li Daphne Caruana Galizia qed tigdeb Simon Busuttil ma weġibx

9. Busuttil jgħid li ma jistax ma jagħmel xejn għax beda 36,000 vot minn taħt

10. Il-Prim Ministru wera kif il-Gvern mhux perfett, imma n-nies iħossu d-differenza

Ritratt: Xarabank

Mistenni jsir id-dibattitu f’Xarabank

Fuq talba tal-Prim Ministru llejla se kun qed isir dibattitu f’Xarabank bejnu u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Quddiem il-qlajjjiet tal-Oppożizzjoni l-Prim Ministru, Joseph Muscat, sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex illejla jiffaċjah fuq ix-xandir nazzjonali biex filwaqt li jħares f’għajnejh jgħidlu li qed jigdeb.

Il-Prim Ministru sostna li llum huwa l-jum tal-provi, u Simon Busuttil għandu r-responsabbiltà li jressaq dawn il-provi.

Il-ġenerożità bla tmiem tal-Maltin; aktar minn miljun għal Puttinu

Il-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna nistgħu ngħidu sar assoċjat mas-solidarjetà li l-Maltin juru lejn dawk li għaddejjin minn żminijiet kemxejn diffiċli minħabba mard.

Ilbieraħ il-poplu għal darb’oħra ma naqasx milli juri solidarjetà ma’ Puttinu Cares u kull min jinsab bżonn l-għajnuna li toffri din l-għaqda, tant li ta aktar minn miljun u tliet mitt elf ewro għall-persuni morda bil-kanċer.

Il-ġabra rekord ser isservi biex Puttinu Cares tkompli toffri akkomodazzjoni fl-Ingilterra għall-pazjenti u l-familjari tagħhom.

F’dan il-filmat hawn ir-reazzjoni tal-viċi chairperson ta’ Puttinu Cares, Angele Cuschieri, u ritratti ta’ mumenti mill-maratona.

Aqra aktar

Send this to a friend