Xarabank – Page 2 – One News

Notifiki

ARA: Delia b’marmalja biex toffendi lil min jikkritikah

Għall-programm Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa, Adrian Delia reġa’ ħa miegħu grupp ta’ nies li x-xogħol tagħhom kien jintimidaw u jfixklu lil min ma jaqbilx mal-Kap. Tant li kien hemm ħinijiet minnhom fejn l-atmosfera fl-udjenza kienet tixbah lil dik fil-foyer tad-Dar Ċentrali fi ġranet meta Adrian Delia tkellem biex jisfida lil dawk li mhumiex ġejjin mill-fazzjoni tiegħu. Aqra aktar

ARA: Delia mhux se jieħu passi fuq l-allegazzjoni serji dwar David Casa

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mhux se jieħu passi fuq l-allegazzjonijiet serji li qed isiru fuq l-Ewroparlamentari Nazzjonlista David Casa, li qed jaffaċċja allegazzjonijiet dwar abbuż mid-droga, kif ukoll allegazzjonijiet ta’ frodi minn fondi tal-Parlament Ewropew.

Mistoqsi għal darba darbtejn fuq Xarabank illejla jekk hux se jieħu passi kontra Casa, Delia ħarab milli jwieġeb. Saħansitra wasal jgħid li David Casa bħalissa mhux qed ikun investigat mill-OLAF.

Bjorn Formosa jingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tas-Sena 2018

Aktar kmieni dan ix-xahar Bjorn Formosa ngħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018 tal-ħidma tiegħu għall-komunità tal-ALS u l-kontribut kbir tiegħu lis-soċjetà. Il-Membri tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi u Miriam Dalli nnominaw lil Bjorn għal dan il-premju prestiġjuż – li huwa rikonoxximent li jingħata mill-Parlament Ewropew lil individwi u/jew gruppi li jkunu ddistingwew ruħhom billi ppromovew il-valuri Ewropej u spikkaw fil-komunità tagħhom. In-nomina ta’ Bjorn kienet appoġġjata wkoll mill-MEPs tal-PN.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Meta l-PM qal lil Busuttil li l-bomba se jkun waqqagħha f’Tal-Pietà

Jiem wara li l-istorja t’Egrant saret gidba ċċertifikata u Simon Busuttil kompla jiffaċja pressjoni biex iwarrab bil-kwiet, komplew jidwu dikjarazzjonijiet li saru fl-eqqel ta’ kampanja qalila u fuq kollox giddieba li saret fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu.

Osservaturi politiċi sostnew li ħmistax-il xahar wara li Simon Busuttil għamel tiegħu l-gidba ta’ Egrant, jibqa’ l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat wassal viżjoni li llum qed tieħu l-forma tagħha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum f’fazzjonijiet differenti wara li Busuttil ġie muri ‘l bieb ta’ barra, jibqgħu dawn il-kummenti li kien għamel il-Prim Ministru waqt dibattitu ma’ Simon Busuttil innifsu fuq l-istazzjon nazzjonali.

istazzjonisnazzjonali.

Send this to a friend