xandir – One News

Notifiki

Għajnuna lill-mezzi tax-xandir

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti għajnuna finanzjarji lill-mezzi tax-xandir minħabba dan il-perjodu tant diffiċli minħabba l-effetti li qed tħalli l-imxija tal-Coronavirus. Dan wara numru ta’ laqgħat ma’ diversi mezzi ta’ xandir f’Malta. Aqra aktar

ONE News b’udjenza massima ta’ 66,000- id-doppju ta’ NET News

L-aħħar stħarriġ mill-Awtorità tax-Xandir għax-xahar ta’ Ottubru juri kif ONE News għandu udjenza massima ta’ 66,000 persuna. Dan filwaqt li NET News għandu udjenza massima ta’ 27,000 persuna.

Dan ifisser li ONE News huwa segwit minn aktar mid-doppju tal-persuni li jsegwu l-aħbarijiet fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista. Interessanti wkoll li f’ċertu ġranet l-udjenza tal-aħbarijiet ta’ ONE tqarreb dik tal-istazzjon Nazzjonali.Aqra aktar

Għinuna nxandru l-futur!

Bil-għan li ONE jasal fil-proġett li jkollu OB ġdid fix-xhur li ġejjin, tul din il-ġimgħa qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku f’diversi programmi tal-istazzjon.

Aqra aktar

ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU

Fl-aħħar dibattititu tax-xandir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qabel l-elezzjoni ġenerali, ħarġet bl-aktar mod ċar l-għażla li l-poplu għandu quddiemu fit-tlieta ta’ Ġunju.

Jew Prim Ministru pożittiv bi pjan konkret li jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, jew Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef maħtuf ostaġġ mill-forzi konservattivi u l-koalizzjoni tal-konfużjoni.Aqra aktar

Send this to a friend