X factor – One News

‘Il-Persuni LBTIQ għandhom bżonn min jifimhom u mhux maħfra jew fejqan’ – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli sostniet li ż-żgħażagħ LGBTIQ għandhom bżonn min jifhimhom u mhux nies li jgħidulhom li għandhom bżonn il-maħfra jew il-fejqan.

Dr. Dalli qalet dan illejla fil-Parlament b’reazzjoni għal dikjarazzjoni omofobika li għamel parteċipant ta’ X Factor, il-Ħadd li għadda fuq l-istazzjon nazzjonali.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Kantawtur Malti Kurt Anthony Cassar fil-fażi preliminari tal-X-fACTOR UK

Il-kantawtur Malti Kurt Anthony għadu kif għamel l-awdizzjonijiet preliminari tal-X-Factor Ingliż f’Wembley ftit tal-ġimgħat ilu. Kurt għadda l-ewwel, it-tieni u t-tielet fażi mifruxin fuq jumejn li wassluh sal-‘Audition’ iffilmjata mill-produtturi tal-X-Factor jumejn wara, proprju l-aħħar waħda qabel il-fażi li sseħħ fl-Arena quddiem il-ġurija tal-X-Factor inkluz Simon Cowell u din is-sena għall-ewwel darba, Robbie Williams hekk kif għadu kif ġie mħabbar fuq is-sit tal-ITV uffiċjali esklussivament.

Aqra aktar

Fr. Rob Galea f’Malta din is-sena

Fr. Rob Galea, il-qassis Malti u kantant li għandu tant segwaċi minn madwar id-dinja u li jibqa’ magħruf għall-prestazzjoni tiegħu ta’ suċċess fil-programm popolari X Factor qalilna li m’għandux riżoluzzjoni partikolari ħlief li jkompli jżur pajjiżi oħra apparti l-Awstralja u jwassal il-messaġġ ta’ Kristu permezz tal-mużika, meta tkellem ma’ ONE News.

 

Meta mistoqsi x’jaħseb li hu l-messaġġ t’Alla fid-dinja tal-lum, Fr. Rob jgħid: ‘li wieħed iċedi, u li nieqfu nħarsu lejna nfusna bi kburija’. Galea jżid li l-messaġġ m’huwhiex lanqas wieħed ta’ paċi fid-dinja biss iżda li nħarsu lejn ir-rigal t’Alla u ma nintrabtux mat-teżori ta’ din id-dinja.

 

Fr. Rob għandu l-ħsieb li jżur pajjiżna bejn Lulju u Awissu li ġej biex ilesti l-album li jmiss u forsi wkoll biex jagħmel kunċert f’pajjiżna, għalkemm dan għadu mhux pjan iffinalizzat. Galea jgħid: ‘’I love Malta with all my heart…’ u jżid li l-iskop tiegħu hu li jagħmel minn kollox u jgħin biex jissapportja l-poplu Malti ikompli jibni lilu nnifsu fl-imħabba t’Alla. 

Malti jgħaddi mill-ewwel fażi ta’ X Factor fl-Italja

Il-kantant Kurt Cassar għadda mill-ewwel prova tal-X Factor tal-Italja. Huwa ntgħażel bħala wieħed minn grupp żgħir ta’ kantanti, filwaqt li eluf intbagħtu d-dar.
Kurt issa qed jistenna fuq ix-xwiek għaliex fit-30 ta’ Ġunju se jkun jaf jekk hux se jkanta quddiem ismijiet kbar bħal Skinny u Mika, fil-fażi li tissejjaħ ‘Arena’. Dawn huma biss tnejn mill-membri tal-ġurija li minn taħt idejhom se jgħaddu l-kantanti. Il-fażi li hija diffiċli – għaliha Kurt kellu jistenna jum sħaħ biex ittieħdulu ritratti u sarulu intervisti. Permezz ta’ Facebook, Kurt irringrazzja lill-gwida tiegħu Claudia Magrin, u iddeskriva l-esperjenza.
“This is all I have been working on and finally all the hard work is paying off! It was a tough one.”

kurtxfactor

Send this to a friend