wrestling – One News

FILMAT: L-impenn iwasslu qrib il-WWE

Beda kollox minn ħolma ta’ tifel ta’ għaxar snin li baqa’ impressjonat bl-ispettaklu sportiv tal-World Wrestling Entertainment.

Biex illum qed jikkollabora mal-istess assoċjazzjoni, mal-kumpanija li tipproduċi l-video game, u mal-Federazzjoni Ġermaniża tar-Wrestling.

Tul is-snin Romario Parnis ħadem b’saħħtu kollha lejn dik il-ħolma, biex kulma jmur qiegħed joqrob lejha.

Aqra aktar

Ifettillhom jgħidu li Trump semma lill-ibnu għal wrestler Malti!

Curtis u Kuby huma żewġ  preżentaturi famużissimi fl-Istati Uniti.

Fuq Facebook kitbu li Donald Trump semma lill-ibnu Barron minħabba l-imħabba kbira li għandu lejn ir-wrestler ‘Baron’ Mikel Scicluna. Dan tal-aħħar twieled f’Lulju 1929 u miet f’Marzu 2010. Kien minn Ħal Balzan u kiseb fama kbira fis-sittinijiet u sebgħinijiet.

  

Huwa magħruf li Trump huwa ammiratur ta’ Scicluna – imma li semma lill-ibnu għalih? Din ġdida!

Aqra aktar

Send this to a friend