wirt kulturali – One News

Il-Ministru għal Għawdex ħadet sehem waqt ‘Economic Forum’ li sar fil-Polonja

“It-turiżmu huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija f’Għawdex u kien għalhekk li għarafna l-potenzjal ta’ Għawdex u li qed jiġi branded bħala destinazzjoni unika u distinta fejn il-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti biex ikollna attrazzjonijiet matul is-sena kollha. Għalhekk irnexxielna ngħelbu l-isfida tal-istaġjonalità biex nimxu lejn turiżmu iktar sostenibbli u kwalitattiv.” Aqra aktar

Segwi kif ix-xjenza tista’ tassisti lill-wirt kulturali

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Science in the City li se jsiru l-Belt Valletta, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku (minn 12 il-sena ‘l fuq) sabiex isegwi informazzjoni dwar ix-xjenza tal-konservazzjoni permezz ta’ studju eċċellenti relatat mal-proġett ta’ konservazzjoni tal-Gran Salon, li bħalissa jinsab għaddej bis-sapport tal-Bank of Valletta.
Aqra aktar

Send this to a friend