wirja – One News

Notifiki

Wirja minn studenti bbażata fuq il-Padiljun Malti għall-Bjennali ta’ Venezja 2019

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici għadu kif inawgura wirja fil-Junior College li ttellgħet minn studenti bħala riżultat ta’ workshops kreattivi fuq OUTLAND, l-installazzjoni ta’ Vince Briffa għall-58 edizzjoni tal-Bjennali tal-Arti ta’ Venezja. Il-workshops ħarsu lejn l-installazzjoni tal-film u kif din tirrelata mal-manifestazzjoni żagħżugħa ta’ mħabba ossessiva u xewqa bħala punt ta’ tluq għad-diskussjoni. Il-workshop segwa l-metodoloġija introspettiva bħala proċess biex tinħoloq l-arti. Aqra aktar

Wirja ta’ Santi Belli fil-Marsa

Is-Sotto Kumitat għall-Kultura ‘Excelsior’ fi ħdan is-Soċjetà tal-Mużika Trinità Qaddisa tal-Marsa għal darb’oħra qed jorganizza wirja unika, fejn din id-darba l-esebizzjoni tiġbor flimkien għadd sabiħ ta’ ‘Santi Belli` uniċi.

Aqra aktar

It-Temp ma jħassarx il-wirja b’armar qadim tal-festa fil-Birgu

It-temp ma qatax qalb il-kumitat tal-festa tal-Birgu, għaliex dawn komplew bil-pjanijiet tagħhom biex jtellgħu l-wirja mill-isbaħ b’armar qadim tal-festa.

Il-wirja li saret fl-Oratorju tar-Rożarjanti fil-kunvent tal-Patrijiet tad-Dumnikani kienet tikkonsisiti f’diversi armar qadim, fosthom pavaljuni tad-drapp, pitturi ta’ qabel il-gwerra, u statwi fost oħrajn. Aqra aktar

Wirja Marjana f’Ħal Luqa

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, qed tittella’ Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.Aqra aktar

Send this to a friend