wied iż-żurrieq – One News

Notifiki

Malta – l-ewwel gżira fid-dinja b’white flag

Wied iż-Żurrieq ingħata l-ewwel ċertifikazzjoni tal-‘White flag’. Dan ifisser li pajjiżna kien l-ewwel pajjiż li ingħata dan l-unur u li permezz tiegħu ser jitnaddaf qiegħ il-baħar ta’ din iż-żona.

Fl-isfond mill-isbaħ ta’ Filfla, kien spjegat kif se jkunu diversi l-għaddasa li se jnaddfu qiegħ il-baħar mill-iskart miġbur f’qiegħ din il-ġawhra Maltija, partikolarment mill-plastik li jammonta għal ħamsa u tmenin fil-mija tal-iskart li insibu fl-ambjent marittimu.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni, kien hemm il-ministru għall-ambjent Jose Herrera u l-Kummissarju Ewropew, Karmenu Vella.

Il-Ministru Jose’ Herrera qal li din l-inizjattiva ser tkun qed tikkumplimenta dak li tħabbar waqt il-konferenza My Ocean li sa s-sena d-dieħla, Malta se tkun qed tiġbor lura aktar minn sebgħin fil-mija tal-fliexken tal-plastik kollha li jintużaw.

Malta se tkun qed talloka wkoll tletin fil-mija tal-ibħra tagħha bħala żoni protetti fil-baħar sabiex tkompli tiġi protetta l-ekoloġija tal-ibħra. Min-naħa tiegħu, l-Kummissarju Ewropew, Karmenu Vella qal li sitta u tmenin sit tal-ibħra f’Malta għandhom ilma ta’ kwalita’ eċċellenti u din l-inizjattiva ser tkompli tgħin biex nimxu ‘l quddiem f’dan ir-rigward.

Investiment ta’ €70,000 għal tisbieħ f’Wied iż-Żurrieq

Waqt żjara hekk kif għaddejjin xogħlijiet għat-tisbieħ f’Wied iż-Żurrieq, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li dan jikkumplimenta mal-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu li nieda l-Gvern fl-2015 fejn tħares lejn l-estetika u l-kwalità ambjentali ta’ żoni turistiċi u jeħtieġ li jitjiebu permezz ta’ landscaping aħjar u l-ambjent inġenerali, b’attenzjoni partikolari għad-dettall u disinn.

Aqra aktar

Send this to a friend