Wegħdi – One News

Notifiki

WEGĦDA: Internet b’xejn u study leave għall-istudenti… dawk apprentisti jitħallsu aktar

Wara li Gvern Laburista poġġa fiċ-ċentru tiegħu l-Edukazzjoni, fil-ħames snin li ġejjin qed iwiegħed li se jkompli jwettaq aktar proposti biex l-edukazzjoni għolja tkompli mixja ‘l quddiem. Wegħdi li se jkunu qed igawdu minnhom l-istudenti. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo u l-kandidata Nikita Zammit Alamango taw elenku tal-viżjoni tal-Partit Laburista għal dan is-settur.

Il-Prim Ministru tenna li r-riżultati fil-qasam tal-edukazzjoni x-xogħol ma ġewx b’kumbinazzjoni iżda ġew b’ħidma bla heda biex llum għandna rekord fin-numru ta’ nies li jaħdmu, l-inqas rata ta’ qgħad u edukazzjoni li qed tipprepara l-istudenti għad-dinja tax-xogħol.

Il-Mexxej Laburista għamel referenza għal dak li sar filwaqt li spjega fid-dettall dak li se jkun qed isir biex l-istudenti jkollhom esperjenza edukattiva aqwa. Huwa spjega kif l-ewwel problema li sab wara amministrazzjoni preċedenti kienet li l-Università ma kelliex biex tħallas il-pagi ta’ Marzu u għalhekk Gvern Laburista irdoppja l-flus għall-Università biex toffri edukazzjoni għolja tal-aqwa livell.

B’referenza għall-MCAST, Joseph Muscat qal li l-konferenza tal-aħbarijiet saret f’din l-istituzzjoni għaliex Gvern Laburisa ma jaqbilx ma min jagħti grad l-istituzzjonijiet iżda se jkompli jaħdem biex istituzzjonijiet bħall-MCAST jibqħu tal-ogħla livell.

Iżda Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat mhux biss investa fl-istituzzjonijiet edukattivi iżda investa fl-istudent, dan b’referenza għall-istipendju li taħt din l-amministrazzjoni beda jingħata ukoll lil dawk l-istudenti li jirrepetu sena, miżura li fi kliem il-Mexxej Laburista kellha effett straordinarja għaliex dawn l-istudenti ma kienux se jkompli l-istudji li kieku ma ngħatawx dan l-istipendju.

Aqra aktar

Il-proposti tal-Partit Laburista fuq Facebook Messenger

Biex tkun taf il-wegħdi marbuta ma’ prijorità f’ħajtek tal-Partit Laburista, tista’ ssir taf aktar dwarha permezz ta’ Facebook Messenger.

Jiġifieri jekk per eżempju tixtieq tkun taf x’inhuma l-proposti tal-Partit Laburista b’rabta mal-edukazzjoni tista’ ssir taf billi tibgħat messaġġ fuq facebook messenger.

Biex tagħmel dan trid tagħfas like fuq il-paġna ta’ facebook L-Aqwa żmien ta’ pajjiżna u tibgħat messaġġ lil din il-paġna, mbagħad tikteb is-settur li tixtieq issir taf il-proposti dwaru u tirċievi l-informazzjoni.

Segwi dan il-filmat biex ssegwi l-proċess:

Aqra aktar

Il-wegħdi tal-Partit Laburista għall-Għawdxin

Wara li Gvern laburista wettaq il-proposti għal Għawdex, illum wiegħed li se jkun qed ikompli bil-ħidma tiegħu biex Għawdex ikompli jipparteċipa bi sħiħ fis-suċċess ekonomiku. Fil-fatt, il-Prodott Gross Domestiku żdied b’medja ta’ 26 miljun, jiġifieri ħames darbiet aktar minn dik irreġistrata qabel l-2013. Għalhekk, b’din il-viżjoni, l-Partit Laburista għandu l-għan ewlieni li jgawdu l-Għawdxin:

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista impenjat li jaqta’ l-waiting lists għad-djar tal-anzjani

L-anzjani kienu fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ Gvern Laburista matul dawn l-aħħar erbà snin. Kif spjega l-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet, l-proposti tal-Partit Laburista huma msejsa fuq il-bżonnijiet tal-anzjani u se jkunu qed itejbu l-ħajja tagħhom.

Il-Prim Ministru spjega li Gvern Laburista jifhem li l-anzjani għandhom bżonn aktar flus fil-but u għalhekk dawn il-proposti se jkunu qed jassiguraw dan b’mod għaqli. Gvern Laburista għandu l-kredibilità f’dan il-qasam għaliex diġà wettaq dak li wiegħed.

Dawn huma l-proposti tal-Partit Laburista għall-anzjani: 

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista jgħin FAMILJI joħorġu mill-faqar jew esklużjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-proposti tal-Partit Laburista għall-familji. Fi kliem il-Prim Ministru dawn il-wegħdi qed jinkludu fil-manifest elettorali wieħed mill-iktar pakketti soċjali b’saħħithom.

Il-wegħdi għandhom l-għan ewlieni li aktar nies ikunu inċentivati biex joħorġu jaħdmu. Għalhekk, se jkun qed ikompli jonqos il-faqar permezz ta’ aktar miżuri li jkomplu fuq dak li diġà sar tul dawn l-aħħar erba’ snin.

Dan jista’ jsir biss, spjega l-Prim Ministru, mhux bi kliem iżda b’miżuri. Miżuri li fost oħrajn se jassiguraw li ebda tifel jew tifla ma jkunu qed jgħixu fil-faqar.

Aqra aktar

Il-PN ċaħħadni, Joseph Muscat tani lura l-ħajja – Joanne Cassar

“Gvern Nazzjonalista ċaħħadni milli nkun wild ta’ dan il-pajjiż. Il-Prim Ministru wara biss għaxar ġurnata fil-Gvern tani dak li kont imċaħda minnu u li għandu kull persuna.”

Dan kien kliem Joanne Cassar waqt Pjazza fi Pjazza fl-Isla, li wara li kienet ilha snin tiġġieled fil-Qrati biex tkun tistà tiżżewweġ lil maħbub tagħha wara li biddlet is-sess, Gvern Laburista wara għaxar ġurnata biss lil Joanne bidlilha ħajjitha.

Aqra aktar

TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha

Wara l-ħidma li għamel Gvern Laburista, biex illum il-poplu qed igawdi minn sistemi ta’ trasport aqwa u ta’ kwalità. Fil-ħames snin li ġejjin, jwiegħed li se jkompli jagħti attenzjoni lil dan is-settur.

  • Trasport b’xejn lill-istudenti kollha b’superviżjoni
  • Mass Rapid Transport System Trasport
  • pubbliku b’xejn għall-istudenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’

Aqra aktar