wegħda PL – One News

Notifiki

Wegħda PL: “Nirranġaw it-toroq kollha ta’ pajjiżna”

“Mill-ewwel jum, ser nibdew naħdmu fuq pjan ambizzjuz fejn jiġu rranġati t-toroq kollha f’Malta u f’Għawdex. Dan il-pajn huwa mqassam fuq 7 snin u għandu jwassal biex it-toroq jirrifletti l-pajjiż modern li rnexxielna noħolqu. Mill-kosta l’ġewwa ser inkunu qed nibnu infrastruttura moderna għall-Malta moderna”.

Qal dan Joseph Muscat meta tkellem dwar il-proposti ewlenin tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Wegħda PL: Inqas taxxi, aktar flus fil-but

Rifużjoni tat-taxxa

Meta l-Prim Minsitru spjega l-ħames wegħdi ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jkun fil-Gvern, spjega li l-pajjiż iċċelebra surplus fl-ekonomija. Għalhekk issa huwa ż-żmien li l-poplu jkun ippremjat għall-ekonomija b’saħħitha li nbniet bħala ħidma kollettiva. Kull persuna ikkontribwixxiet, spjega Joseph Muscat, u għalhekk issa dan is-surplus għandu jintuża b’mod li huwa prudenti u ġust.

Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli jnaqqas it-taxxa, filwaqt li jmexxi l-eknomija ‘l quddiem. Se tingħata l-ikbar rifużjoni ta’ taxxa fl-istorja ta’ pajjiżna fejn qed jintlaqtu mal-19,000 tax payer bi spiża ta’ €46.5 miljun. Kull min qed jaqla inqas minn €60,000 se jibbenifika min tax refund ta’ bejn €200-340 għal kull persuna li taħdem f’familja.

Aqra aktar

Send this to a friend