Notifiki

213-il inġinier ingħataw il-warrant mill-Ministru Borg mill-2017 sa issa

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ippreżenta l-warrant lil 40 inġinier. Huwa beda billi feraħ lill-inġiniera li wara snin ta’ studju u ħidma waslu biex illum irċevew il-warrant. Huwa spjega li din il-ġurnata għandha importanza speċjali hekk kif huwa l-jum li fih l-inġinier jieħu fuqu responsabilità li jwettaq xogħlu b’mod etiku f’din il-professjoni importanti. Aqra aktar

John Suda jitlef il-warrant ta’ għalliem wara li nstab ħati ta’ abbuż

L-attur veteran John Suda tteħditlu l-warrant ta’ għalliem wara li f’Ottubru li għadda nstab ħati ta’ abbuż sesswali fuq studenta ta’ 22 sena. Huwa kien ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li l-Qorti ppruvat li Suda uża l-iskuża ta’ lezzjoni tar-reċtar biex il-vittma tagħmel dak li jgħidilha hu.

Suda, li għandu 66 sena, instab ħati li lura f’ Lulju tal-2015, waqt provi għal serje televiżiva f’ħanut tal-massaġġi fil-Fgura, abbuża sesswalment minn żagħżugħa, li dak iż-żmien kellha 22 sena, li kellha x-xewqa li ssir attriċi.

Ara wkoll:

John Suda ħati ta’ abbuż

 

46 inġinier jiksbu l-warrant

46 inġinier ingħataw il-warrant biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom. F’ċerimonja qasira, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg awgura lil dawn l-inġiniera tal-ħidma tagħhom, u spjega kif l-iżvilupp b’saħħtu li għaddej minnu pajjiżna jfisser il-bżonn ta’ professjonisti u inġiniera ta’ kwalità. Aqra aktar

“Il-Gvern ma jridx ineħħi l-warrant lill-għalliema”- JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li bil-liġi l-ġdida dwar l-edukazzjoni, il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jneħħi l-warrants tal-għalliema jew min għandu l-warrant irid joqgħod japplika għaliha kull sena.

Dr Muscat sostna dan f’kummenti lill-ġurnalisti l-għada li l-Unjin tal-Għalliema l-MUT ordnat strajk tal-għalliema fl-iskejjel kollha fuq dik li tidher bħala interpretazzjoni skoretta tal-liġi ġdida dwar l-edukazzjoni.Aqra aktar

“Irridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu, u nagħmlu minn kollox biex insaħħu din il-professjoni”- Il-Ministru Evarist Bartolo

F’messaġġ għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Għalliema, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo reġa’ ċċara l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kontroversja li tqajment minħabba allegazzjonijiet li se jitneħħew il-warrants tal-għalliema minħabba tibdil fil-liġi. Bartolo insista li ebda warrant, kemm dak li nkiseb taħt l-att attwali, u kemm dak li nkiseb taħt l-att rivist, mhu se jitneħħa, jew jiskadi.

“Aħna rridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu, u nagħmlu minn kollox biex insaħħu il-professjoni tal-għalliema”, temm jgħid il-Ministru.

Ebda warrant tal-għalliema mhu se jiġi rtirat jew jiskadi

Mhux minnu li l-warrants tal-għalliema se jitneħħew jew jiġu rtirati u l-ebda warrant mhi se tiskadi.

Sostna dan il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi stqarrija b’risposta għal kritika mill-Unjin Maltija tal-Għalliema l-MUT għal abbozz ta’ liġi biex jiġi aġġornat l-att dwar l-edukazzjoni.

F’laqgħa mal-membri tax-xandir, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri qal li l-liġi proposta tneħħi l-poter li l-Ministru jagħti jew ineħħi l-warrant tal-għalliema.Aqra aktar

49 inġinier u inġiniera jingħataw il-‘warrant’

 

Il-Ministru Ian Borg ippreżenta l-warrant lil 49 inġinier u inġiniera. Hu saħaq dwar l-importanza ta’ din il-professjoni u l-bżonn li l-pajjiż għandu ta’ aktar nies f’din il-linja. Il-Ministru feraħ lill-inġiniera tas-suċċess tagħhom u awguralhom fil-karriera tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend