Il-bidla minn għajn Malti Awstraljan

“Inħossni turist f’pajjiżi”. Hekk iddeskriva lilu nnifsu u l-btala ta’ tliet ġimgħat tiegħu f’Malta, Anthony Spiteri. Malti mwieled Ħal Kirkop li ilu jgħix l-Awstralja għal dawn l-aħħar tnax –il sena.

Iltqajna miegħu fid-dar tal-ġenituri tiegħu, meta qalilna kemm jinsab mistagħġeb bil-bidlet pożittivi li ra f’pajjiżna.

L-aktar li impressjonawh, kienu l-Birgu u l-Belt Valletta.Aqra aktar

“L-Interdett u s-sħubija fl-UE – żewġ binarji massiċċi fl-istorja ta’ Malta”

Darba ma jafx fejn żelqitlu, li għandu minfejn joħroġ il-verżjoni tiegħu ‘Rajt Malta Tinbidel’. Għalkemm vera raha tinbidel quddiem għajnejh, jispera li din l-istqarrija kienet żelqitlu f’kuntest metaforiku aktar milli storiku jew dokumentattiv. Dan għaliex trid il-volumi u r-riċerka u d-dixxiplina u ż-żmien.

Hekk stqarr magħna Walid Nabhan, awtur Palestinjan Malti, li ilu jgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar 26 sena.

Aqra aktar

Send this to a friend