Notifiki

Sa issa ntefqu €16-il miljun f’vouchers tal-Gvern

Il-Gvern ħabbar li sa issa ntefqu €16-il miljun f’vouchers.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri l-Ħamis filgħodu hekk kif spjega li din iċ-ċifra tindika li b’hekk ġew imsarrfa man-nofs miljun (500,000) voucher.Aqra aktar

Sa issa tniżżlu 81,103 vouchers b’mod diġitali… appell biex aktar nies jużaw il-mezz diġitali

Sa issa tniżżlu 81,103 vouchers b’mod diġitali.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri waqt konferenza tal-aħbarjiet iddedikata għall-aġġornament tas-sitwazzjoni tar-riġenerazzjoni ekonomika permezz tal-istess vouchers tal-€100.Aqra aktar

L-MHRA tilqa’ l-aħbar tal-PM dwar it-tieni rawnd ta’ vouchers

L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA, laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li ta l-Prim Ministru lbieraħ, illi l-vouchers tal-€100 se jkunu qed joħorġu fis-7 ta’ Ġunju li ġej.

Fi stqarrija l-MHRA qalet wkoll kif dan, flimkien ma’ miżuri oħra, se jgħinu lin-negozji kollha f’Malta u Għawdex biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara żminijiet diffiċli ta’ pandemija.

Intant, fl-istess stqarrija, il-President tal-MHRA Tony Zahra iddeskriva l-jum tat-Tnejn bħala wieħed importanti, hekk kif qed nerġgħu naraw l-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti.

Send this to a friend