Notifiki

Il-Gvern se jerġa’ jqassam il-vouchers tal-€100

Kif ħabbar il-Prim Ministru lbieraħ, fid-diskors tal-Budget, il-Ministru għall-Finanzi qal li għal darb’oħra l-Gvern se jerġa’ jqassam il-vouchers tal-€100.

Din id-darba l-vouchers se jkunu maqsumin b’€60 li jistgħu jintefqu fir-ristoranti, lukandi fost oħrajn u l-€40 l-oħra jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi.

Il-vouchers se jitqassmu lil kull min jagħlaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena. Din il-miżura se tiswa lill-Gvern €50 miljun.

Sal-bidu ta’ Settembru ntużaw 57.8% tal-vouchers ta’ €100

Sal-bidu ta’ Settemrbu ntużaw aktar min 1,290,000 voucher ta’ €100 tal-gvern minn 2.23 miljun voucher li nqasmu. Dan ifisser li din il-miżura biss tefgħet €25.8 miljun fl-ekonomija lokali, hekk kif s’issa ntużaw 57.8% tal-vouchers imqassma.

F’analiżi li ta l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, ġie spjegat li aktar minn tnejn u tmenin fil-mija (82.62%) tal-vouchers il-ħomor ġew użati s’issa, filwaqt li ftit aktar minn sbatax fil-mija (17.38%) tal-vouchers il-blu ġew użati wkoll. Aqra aktar

Send this to a friend