Von Der Leyen – One News

Notifiki

Il-patt il-ġdid tal-UE għall-immigrazzjoni mistenni jobbliga l-istati membri jieħdu immigranti m’għand pajjiżi milquta direttament

Fil-jiem li ġejjin l-Unjoni Ewropea mistennija tippreżenta l-patt il-ġdid għall-immigrazzjoni. Dan il-pjan ġdid mistenni jimbotta ‘l quddiem l-idea li l-istati membri jieħdu aktar immigranti mill-pajjiżi li huma milquta direttament mill-immigrazzjoni bħal Malta, l-Italja u l-Greċja.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Ylva Johansson ġiet rappurtata tgħid li qed tistenna reżistenza dwar dan il-patt minn pajjiżi bħall-Ungerija, il-Polonja u pajjiżi oħra fit-tramuntana tal-Ewropa iżda saħqet li jeħtieġ li l-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-istati membri jitħaddem iżjed.

Il-ġimgħa l-oħra, waqt l-ewwel diskors tagħha tal-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen saħqet li l-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni u li jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea. Hija qalet ukoll kif fil-patt il-ġdid se jkun hemm distinzjoni ċara bejn dawk l-immigranti li jkollhom dritt għall-ażil u dawk li m’għandhom l-ebda dritt.

Fl-istess jum, il-Prim Ministru Malti Robert Abela kellu laqgħa f’Kastilja mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Dakinhar Dr. Abela laqa’ l-fatt li s-suġġett qed jerġa’ jkun fuq l-aġenda tal-ogħla istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru kien ċar u saħaq li pajjiżna ma jiflaħx aktar immigranti. Qal li n-numru ta’ immigranti li ġew rilokati fl-aħħar jiem huwa tajjeb imma mhux biżżejjed.

Von der Leyen tgħid li dan huwa l-mument ta’ Ewropa magħquda hekk kif tippreżenta l-pakkett t’għajnuna għal wara l-pandemija

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen preżentat pjan ta’ għajnuna li jammonta għal seba’ mija u ħamsin biljun ewro.Aqra aktar

Von der Leyen b’tifħir li Malta tista’ tkun il-pont tal-Ewropa lejn l-Afrika bħala sieħeb kummerċjali

“Malta tista tkun il-pont tal-Ewropa għall-Afrika” – Dan qalitu l-President tal-Kummissjoni Ewropeaj Usrula von der Leyen indirizzat il-konferenza imtella’ permezz ta’ messaġġ irrekordjat, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fejn tħabbret l-ewwel strateġija ta’ tkabbir u sħubija bejn Malta u l-Afrika sas-sena 2025, għal konsultazzjoni pubblika. Hija kellha kliem ta’ tifħir għall-istrateġija ta’ Malta għat-tkabbir mal-Afrika.  Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tibda tieħu s-sura

Ftit aktar minn xahrejn u nofs minn meta l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mmexxija minn Ursula von der Leyen tibda l-mandat tagħha għall-ħames snin li ġejjin, il-biċċa l-kbira tal-istati membri nnominaw il-membri għal din l-istituzzjoni tant importanti għat-tmexxija tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend