vjolenza domestika – Page 5 – One News

Notifiki

L-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika baqgħu għoljin fl-2016

F’sena waħda il-każi ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika rrapportati ilaħħqu l-eluf u ż-żewġ tipi ta’ vjolenza f’pajjiżna nsibuhom fl-istess livell.

Fil-fatt kien hemm elf tliet mija tlieta u ħamsin każ ta’ vjolenza psikoloġika u telf tliet mija sitta u tletin każ ta’ vjolenza fiżika

Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika, li minnu jirriżulta wkoll li kien hemm mitejn tmienja u erbgħin rapport vjolenza ekonomika, mitt każ u wieħed ta’ abbuż sesswali u disgħin każ ta’ abbandun.

Kif mistenni kienu n-nisa li marru jirrapportaw l-iktar każi ta’ vjolenza domestika għand il-pulizija.

Minn total ta’ 1,007 rapporti, 942 kienu nisa u 253 kienu rġiel.

Iċ-ċerpersin għall-Kummissjoni Kontra l-Vjolenza Domestika, Joe Gerada, argumenta li fost ir-raġunijiet għal numri b’saħħithom f’dawk li huma rapporti hemm ukoll il-fatt li llum ħafna iktar huma konxji li m’għandhoxm jaċċettaw aġir ta’ dan it-tip.

Aqra aktar

Bl-istess prinċipji tal-Kap

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Josie Muscat, reġa’ ġġustifika u ddefenda d-dikjarazzjoni li kien għamel dwar il-vjolenza  domestika.

Muscat kien qal li ħafna nisa huma vittmi ta’ vjolenza domestika għax jipprovokaw.

U issa li sar kandidat tal-Partit Nazzjonalista baqa ma rtirax minn dik id-dikjarazzjoni. Anzi prova jiġġustifikaha.

Għax tista’ tmur il-qorti u tipprova li kien hemm ċirkostanzi li waslu tagħmel hekk.

Aqra aktar

Agħżel il-prijoritajiet tiegħek

‘Agħżel il-prijoritajiet tiegħek’ – din hija l-kampanja li tnediet mir-Responsible Gaming Foundation u entitajiet li jaħdmu qrib il-qasam tal-vjolenza domestika. Inħass il-bżonn li ssir din il-kampanja hekk kif teżisti konnessjoni diretta bejn min jilgħab logħob tal-azzard u l-vjolenza domestika.

Aqra aktar

FILMAT: “Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed”

“Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed.” Dan kien kliem mara Alġerina li temmen li jekk ir-raġel tagħha ma jsawwatiex, ir-raġel ma jkunx raġel biżejjed. Dan qalitu b’daħka fuq fommha u ma kinitx hi biss li f’servizz li sar għat-televiżjoni fl-Alġerija, wara rapporti li ħarġu li aktar minn 8,800 mara kienu suġġetti għal vjolenza domestika, li qalet li hija xi ħaġa normali li r-raġel isawwat lil mara.

Aqra aktar

478 mara tfittex l-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ

Bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra 478 mara kienet tiġi segwita mis-servizz tal-vjolenza fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ. Dan spjegatu l-Aġenzija stess fi stqarrija ġurnata qabel it-8 ta’ Marzu, liema ġurnata tfakkar Jum il-Mara. L-Aġenzija qed tappella biex ma jkun hemm ebda tollerenza  għal vjolenza fuq nisa jew adolexxenti femminili.

Aqra aktar

335 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-IRĠIEL fl-2016

  • Żieda ġenerali fir-rapporti dwar vjolenza domestika
  • 1,111 rapport ta’ vjolenza fuq in-nisa

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela preżenta informazzjoni fuq każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika.

Jirriżulta li fi żmien tliet snin, il-każijiet ta’ vjolenza li rrapportaw in-nisa żdiedu, iżda anka każijiet ta’ vjolenza li rrapportaw l-irġiel fil-konfront tagħhom.

Aqra aktar

Ewropej jemmnu li każijiet ta’ vjolenza domestika huma ġustifikati

Ħafna drabi l-vjolenza domestika tiġri wara bibien magħluqa, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li żgur m’għandhomx ikunu esposti għal dawn it-tip ta’ xeni. Iżda dwar din it-tip ta’ vjolenza kull persuna għandha opinjoni differenti. Dan ħareġ minn stħarriġ li għamel l-uffiċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea fid-dawl li llum l-Ewropa tfakkar il-vittmi tal-vjolenza domestika bl-għan li toħloq aktar kuxjenza u għarfien.
Aqra aktar

Kieku jsir abbuż fuq ħabiba tiegħek…

Wara bibien magħluqa, dik il-mara jew dak ir-raġel li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, żmien li mhux neċċesarjament ikunu jistgħu jitkellmu dwarhu. Il-vjolenza domestika hija realtá li mhux dejjem nisimgħu dwarha, iżda realtá kiefra li bosta vittmi jkunu għaddejjin minnha, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li jisma’ u jara xeni li l-ebda wild m’għandu jara.
Aqra aktar

F’GĦAWDEX: mhux biss kenn, imma anke għajnuna emozzjonali

Dar Emmaus, id-dar f’Għawdex li toffri kenn għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, se tkun qed toffri iktar għajnuna soċjali, emozzjonali u psikoloġika lir-residenti tagħha, grazzi għal ċentru tar-riżorsi ġdid fil-pjan terran tad-dar.

Dan ingħata għad dispożizzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, permezz ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Kenn u Tama li tmexxi d-dar.

Il-ftehim ifisser ukoll li d-dar se tkun mmexxija minn bord amministrattiv. B’hekk Dar Emmaus se tmur lil hinn mill-kenn temporanju li toffri lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Aqra aktar

Send this to a friend