vjolenza domestika – Page 4 – One News

Notifiki

Jaqsmilha rasha u jinħeles mill-arrest

Ingliż ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar inħeles mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet wara li tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika fuq omm uliedu.

Huwa kien akkużat ukoll, li mingħajr l-intenzjoni li joqtol jew li jpoġġi l-ħajja tas-sieħba tiegħu f’periklu, huwa kkaġuna feriti ħfief fuqha kif ukoll li insulentaha u li heddidha.Aqra aktar

Ħebb għas-sieħba tiegħu f’darhom

Serb ta’ 29 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għas-sieħba tiegħu. Il-każ seħħ fit-13 ta’ Ottubru li gġadda għall-ħabta tas-07:30 fir-residenza tagħhom fi Triq is-Swieqi San Ġiljan. Kawża ta’ dan l-inċident bejn il-koppja, l-mara sofriet minn ġrieħi gravi. Aqra aktar

886 każ ta’ vjolenza domestika irrappurtati tul din is-sena

Ta’ kuljum qed jiġu rrappurtati erba’ każijiet ta’ vjolenza domestika. Sal-aħħar ta’ Awwissu jidher li b’kollox tul din is-sena, in-numru jlaħħaq 886 każ. Dan ġie żvelat mill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia f’mistoqsija parlamentari fejn jidher li ta’ kull ġimgħa qed jiġu rrapportati total ta’ 27 każ ta’ vjolenza domestika.Aqra aktar

“22 sena ngħix fil-vjolenza domestika”-Cliff Zammit Stevens

“Għal 22 sena għixt l-abbuż tal-vjolenza domestika fejn ma’ kull jum li jgħaddi, l-abbuż isir agħar u tispiċċa tibda temmen li dik hija r-realtà tiegħek.”  Hekk saħaq ma’ One News it-tenur żagħżugħ Cliff Zammit Stevens fejn irrakkonta kif hu flimkien ma’ ħuh sfaw vittmi ta’ din il-pjaga soċjali.

Minkejja li kienet ommhom Marcelline li mietet ftit tax-xhur ilu li kienet qed taqla’ s-swat mingħand ir-raġel tagħha kif ukoll mis-sieħeb li kellha, dan ħalla impatt fuqhom ukoll.Aqra aktar

Jinżamm arrestat lejlet it-tieġ

Il-pjanijiet tat-tieġ jista’ jkun li jiswew suf għal-koppja li mistennija tagħti s-signor si fi żmien 10 t’ijiem meta l-għarus ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ammetta għal numru ta’ allegazzjonijeit ta’ vjolenza domestika nhar l-erbgħa filgħodu.

Aqra aktar

Bil-filmat: Sentenza sospiza wara li ammetta għall-akkużi ta’ vjolenza domestika

Frankie Falzon ta’ 40 sena minn Ħal-Qormi tressaq il-Qorti akkużat li ta’ fastidju, insulenta, hedded lis-sieħba tiegħu u li  ikkaġuna lilha u lill-familjari tagħha biża li se tintuża vjolenza kontrihom.

Huwa ġie akkużat ukoll li kiser l-ordni tal-probation maħruġa mill-Maġistrat Grezio Mercieca fis-17 ta’Settembru 2017.Aqra aktar

Le għall-vjolenza tal-ġeneru: f’Malta 1,272 każ ta’ vjolenza domestika

Plejers tal-futbol magħrufa f’Malta ingħaqdu fil-kampanja nazzjonali kontra l-vjolenza tal-ġeneru permezz ta’ filmat li ġie mniedi.

Michael Mifsud u Alfred Effiong, flimkien ma’ Andrei Agius u Andrew Hogg, jidhru fil-filmat li tifforma parti mill-kampanja tal-MFA u l-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà sabiex tiġi eliminata l-vjolenza tal-ġeneru.Aqra aktar

Send this to a friend