Notifiki

Impenn sħiħ fil-qasam edukattiv kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika

“Se jkun impenn tiegħi li mmexxi ’l quddiem inizjattivi li jwasslu għal tixrid ta’ għarfien biex titqajjem kuxjenza sa min età żgħira dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Impenn sħiħ biex l-istudenti fl-iskejjel tagħna jkunu konxji tal-effetti tal-abbuż u l-vjolenza fuqhom u fuq dawk ta’ madwarhom, u wkoll nara li jkunu mgħejuna anki t-tfal stess li jkunu vittmi, jew raw quddiem għajnejhom atti ta’ vjolenza domestika”, stqarret il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana waqt laqgħa kordjali li kellha ma’ Audrey Friggieri, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.Aqra aktar

Jinħeles mill-arrest wara li allegatament ħebb għal martu

Raġel ta’ 40 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti affaċċja akkużi ta’ vjolenza domestika meta l-Qorti fetħet b’urġenza l-Ħadd filgħodu. Ir-raġel ġie akkużat li tul żwieġ ta’ 16-il sena, uża vjolenza morali u psikoloġika kontra martu.Aqra aktar

Dr Lydia Abela ngħatat pittura biex tiġi rkantata għal skopijiet ta’ riċerka dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru

L-Artista Josette Casha ppreżentat pittura lil Dr Lydia Abela li hi relatata ma’ żmien il-Milied biex tiġi rkantata għal skopijiet ta’ riċerka dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi talġeneru. Dan sar waqt żjara li Dr Lydia Abela għamlet fil-berġa t’Aragona fejn kienet milqugħa mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rosianne Cutajar. Aqra aktar

Send this to a friend