vjal l-avjazzjoni – One News

Notifiki

Il-pont ta’ Vjal l-Avjazzjoni l-ewwel li se jiżżanżan

It-titjib li qed tagħmel Infrastruttura Malta fl-infrastruttura għal min juża mezzi alternattivi biex jivvjaġġa jinkludi l-bini ta’ pontijiet biex min iħobb jimxi jew isuq ir-rota jsibha aktar faċli biex jaqsam toroq arterjali u mingħajr periklu. Fil-fatt, l-aġenzija diġà għandha ppjanati disgħa minn dawn l-istrutturi u tnejn minnhom li qed jinbnew bħalissa mistennija jkunu f’posthom fi Vjal l-Avjazzjoni u l-Blata l-Bajda fi ftit xhur oħra. Aqra aktar

Jitlesta l-proġett ta’ €500,000 ta’ Vjal l-Avjazzjoni

Tlesta l-proġett ta’ Vjal l-Avjazzjoni, li permezz tiegħu din it-triq ewlenija bejn il-Gudja u Ħal Luqa issa għandha t-tielet korsija tal-karozzi u korsija ġdida għar-roti fid-direzzjoni tat-tramuntana. Dan il-proġett ta’ €500,000 beda fis-sajf u l-korsija ġdida nfetħet għall-pubbliku x-xahar li għadda. Aqra aktar

Send this to a friend