Notifiki

Vittmi jfittxu l-għajnuna imma mhux il-Qorti

Minn Jannar tal-2014 sa’ Ġunju ta’ din is-sena kienu sebgħa u sittin il-persuni li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ stupru u attentati għal pudur bi vjolenza.

Minn tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia irriżulta li minnhom tnejn u għoxrin akkużat instab ħati u sitta ġew liberati, il-bqija tal-każijiet għadhom pendenti ħlief għal każ fejn is-suspettat laħaq miet waqt il-proċeduri.

Aqra aktar

Maġistrat jitlob bidla biex ma jkollux idu marbuta f’każi b’vittmi tad-droga

F’sentenza dwar żewġ żgħażagħ li traffikaw id-droga il-Qorti għamlet diversi osservazzjonijiet dwar bidliet li għandu jkun hemm fil-mod kif il-liġi timxi ma’ dawk li jkunu mexxew id-droga biex imantnu l-vizzju.

F’każ fejn il-persuni akkużati, wieħed minnhom minorenni, illum għandhom familja u għandhom impjieg il-Qorti osservat kif il-liġi xorta titlob minimu ta’ sitt xhur priġunerija bilfors.

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud qal li dan m’għandux ikun.

“Il-Qorti li tkun għexet il-proċess għandha titħalla fil-libertà li tagħti direzzjoni permezz tad-deċiżjoni tagħha. Il-piena ta’ sitt xhur priġunerija tassattiva għal traffikar toħloq ċertu inġustizzji minflok ġustizzja,” qalet il-Qorti.

Aqra aktar

Żufjett bit-Taljani mejta; għandhom kull dritt, jew issa daqshekk?

Charlie Hebdo: hemm min jgħid ma jitgħallmu qatt, hemm min jgħid għandhom kull dritt.

Hemm ħafna min qed jgħid li din ir-rivista satirika Franċiża messet qiegħ meta żżufjettat bil-fatt li valanga ħalliet il-vittmi fl-Italja. Il-mewt tidher personifikata bil-mannara f’idha, għal waħda tnejn (minflok l-għodda tal-iski). Hemm djar itiru madwarha, u l-kliem “ġejja l-borra, imma mhux se tkun biżżejjed għal kulħadd”.

Infatti fost il-kummenti, għandhom min qed jgħid hekk: “Intom sadisti. Hawnhekk hawn nies li spiċċaw bla dar minħabba t-terremot. Jinsabu mingħajr dawl, mingħajr għajnuna. Valanga belgħat lukanda b’aktar minn għoxrin persuna ġewwa. IMESSKOM TISTĦU. Inthom l-agħar tip ta’ nies.”

Hemm min, imbagħad, jifimha differenti: “Karikatura sabiħa ħafna li turi l-aspett ikrah tal-mewt. Nittama ma tikkaġunax valanga ta’ protesti jew insulti”.

Aqra aktar

Ġlieda tħalli 26 persuna mejta

Madwar 26 għoxrin persuna mietu waqt irvell li dam erbatax-il siegħa f’ħabs fil-Brażil. Sorsi tal-BBC qalu li ċ-ċifra ta’ mwiet riveduta hija tliet darbiet iktar minn dak irrapportat fil-bidu, numru li mistenni jkompli jiżdied.

Aqra aktar

Kieku jsir abbuż fuq ħabiba tiegħek…

Wara bibien magħluqa, dik il-mara jew dak ir-raġel li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, żmien li mhux neċċesarjament ikunu jistgħu jitkellmu dwarhu. Il-vjolenza domestika hija realtá li mhux dejjem nisimgħu dwarha, iżda realtá kiefra li bosta vittmi jkunu għaddejjin minnha, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li jisma’ u jara xeni li l-ebda wild m’għandu jara.
Aqra aktar

Send this to a friend