BIL-FILMAT: “It-testijiet għall-Covid-19 dejjem jaqbdu l-varjant” – il-Professur Michael Borg

It-testijiet sabiex jaqbdu l-Covid-19, dejjem jaqbdu l-varjant.

Dan intqal mill-Professur Michael Borg, li huwa l-Kap tat-Taqsima tal-Prevenzjoni tal-Infezzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, waqt il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE illejla.

Waqt dan l-intervent fl-istudio ta’ ONE News, il-Professur Borg qal kif il-varjant huwa 70% iżjed infettiv mill-virus normali.

Il-Kap tat-Taqsima tal-Prevenzjoni tal-Infezzjonijiet spjega kif il-varjant tal-Covid-19 jinħoloq.

Qal li l-vaċċin huwa effettiv għal kontra l-varjant u t-tilqim inaqqas milli nies vulnerabbli u anzjani jispiċċaw fl-isptarijiet jissieltu għall-ħajjithom wara li jiġu infettati.

BIL-FILMAT: Tlaqqmu nies id-doppju ta’ dak li qal Bernard Grech

Waqt intervista mas-sit LovinMalta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien skorrett fl-ammont ta’ nies li tlaqqmu kontra l-Coronavirus sal-aħħar tax-xahar li għadda.

Wara li d-deputat tiegħu Maria Deguara nqabdet ma tafx kemm hi r-rata ta’ tilqim f’pajjiżna, Bernard Grech qal li sal-aħħar ta’ Jannar tlaqqmu biss tnax-il elf persuna.

“Illum fl-immaniġġjar huwa evidenti għal darb’oħra, sirna nafu li f’Jannar ġew amministrati 23,000 doża ta’ tilqima tal-vaċċin tal-Covid. Jiġifieri għandna sitwazzjoni fejn 12,000 ruħ ħadu l-vaċċin.”

Dak li qal Bernard Grech mhuwiex minnu, anki skont ċifri uffiċjali maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa hekk kif sal-aħħar ta’ Jannar ingħataw aktar minn sebgħa u għoxrin elf doża, bi kważi erbat elef minnhom kienu tat-tieni doża.

Aqra aktar

Send this to a friend