Notifiki

Prodott Malti qed jintuża fi tletin pajjiż biex jiffaċilita l-ħlas tal-VAT mill-accountants 

Nuqqas fis-settur tas-servizzi finanzjarji wassal biex Scope, kumpanija lokali fis-settur tat-teknoloġija tiżviluppa DataDear, prodott li llum il-ġurnata qed jintuża minn aktar minn 10,000 klijent fi 30 pajjiż madwar id-dinja.Aqra aktar

Bernard Grech ma ddikjarax €32,000 fi dħul minn attività li jilqa’ studenti barranin għandu

Bernard Grech ma ddikjarax iżjed minn €32,000 fi dħul ġej talli kien iżomm f’daru studenti barranin li kienu jiġu f’Malta biex jistudjaw l-Ingliż.

Il-gazzetta Maltatoday irrappurtat dan l-aħħar żvilupp fis-saga li għandu l-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ma’ tat-Taxxa.

Minn informazzjoni li kisbet il-Maltatoday jirriżulta li f’investigazzjoni minn tat-Taxxa, li saret sentejn ilu, Bernard Grech ma ddikjarax eluf ta’ ewro fi flus li daħħal fuq medda ta’ ħames talli kien iżomm għandu l-istudenti li kienu jiġu f’pajjiżna biex jistudjaw l-Ingliż.

Saħansitra din l-attività, li kienet sors ieħor ta’ dħul għal Bernard Grech, lanqas kienet irreġistrat mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-gazzetta qalet li l-investigazzjoni li anki kitbet dwarha t-Times, sabet li Bernard Grech ħa flus mill-istudenti talli qagħdu għandu.

Aqra aktar

Bernard Grech jaħbi li saru investigazzjonijiet dwaru fuq taxxa u VAT

Bernard Grech ħeba li lura fl-elfejn u tmintax kien qed jiġi investigat minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet.

Dan hekk kif ONE NEWS kien staqsih jekk kienx hemm xi investigazzjoni fuqu f’dawn l-aħħar snin.  Madankollu Bernard Grech dakinhar prova jaħbi din l-investigazzjoni li kienet uriet kif huwa kellu mat-tlieta u erbgħin elf ewro fi dħul mhux iddikjarat.Aqra aktar

Il-VAT fuq il-maskri huwa ta’ 5% flok 18%


Il-Gvern iddeċieda li l-VAT fuq ilbies protettiv jonqos minn 18% għal 5%.

Ħabbar dan il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta Parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija.  Aqra aktar

Send this to a friend