Valletta inkurunati champions tal-kampjonat Malti

Il-Kampjonat BOV Premier irritorna lura fil-Belt kapitali hekk kif it-tim ta’ Valletta FC għeleb lill-Gżira United filwaqt li t-tim ta’ Balzan tilef kontra Hibernians.

Valletta rebħu bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed kontra l-Gżira.

Ftit qabel is-siegħa logħob, is-supporters Beltin infexxew f’għajjat u ċelebrazzjonijiet hekk kif waslitilhom l-aħbar li t-tim ta’ Balzan kien qed jitlef.

Mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fil-Belt Valletta anke għall-fatt li l-kampjonat intrebaħ propju fis-sena li l-kapitali Maltija għandha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea.

Art f’Ħal Luqa għall-Beltin

Il-klabb tal-Belt Valletta x’aktarx se jingħata art f’Ħal Luqa, proprju biswit Valletta Road, biex jiżviluppa l-grawnd li tant ilu mistenni. Ta dawn id-dettalji fil-Parlament, il-Ministru Evarist Bartolo meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari.

Ftit tal-ġimgħat ilu, fi Gvern Li Jisma’ l-Prim Ministru kien qal li l-ftehim kien viċin u l-Ministru Bartolo żvela li kien hemm iktar minn sit wieħed ikkunsidrati, għalkemm hemm dak favorit.

Aqra aktar

Send this to a friend