valletta fc – One News

Notifiki

Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin

Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football.  Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi.  Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.

Aqra aktar

Valletta jakkwistaw lill-attakkant Taljan Mario Fontanella

Valletta Football Club ħabbru l-akkwist tal-attakkant Taljan Mario Fontanella. Fontanella lagħab ma’ Floriana FC għal dawn l-aħħar tlett staġuni.

Il-plejer Taljan kellu offerti minn klabbs mill-Malasja iżda aċċetta l-offerta tac-champions Valletta u ffirma kuntratt mat-tim mill-kapitali għal tliet snin.

Valletta inkurunati champions tal-kampjonat Malti

Il-Kampjonat BOV Premier irritorna lura fil-Belt kapitali hekk kif it-tim ta’ Valletta FC għeleb lill-Gżira United filwaqt li t-tim ta’ Balzan tilef kontra Hibernians.

Valletta rebħu bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed kontra l-Gżira.

Ftit qabel is-siegħa logħob, is-supporters Beltin infexxew f’għajjat u ċelebrazzjonijiet hekk kif waslitilhom l-aħbar li t-tim ta’ Balzan kien qed jitlef.

Mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fil-Belt Valletta anke għall-fatt li l-kampjonat intrebaħ propju fis-sena li l-kapitali Maltija għandha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea.

Send this to a friend