SterjoTipi hija band komposta minn erba’ mużiċisti li għandhom l-għan li jxerdu messaġġi diversi fuq is-soċjeta ta’ madwarhom u fuq il-ħajja nġenerali, permezz tal-mużika u l-lirika tagħhom li hija bil-Malti.

SterjoTipi hija band komposta minn erba’ mużiċisti li għandhom l-għan li jxerdu messaġġi diversi fuq is-soċjeta ta’ madwarhom u fuq il-ħajja nġenerali, permezz tal-mużika u l-lirika tagħhom li hija bil-Malti.
Mitejn delegat minn għadd ta’ għaqdiet differenti madwar l-Unjoni Ewropea, se jiġu f’pajjiżna biex iqattgħu ħamest ijiem jgħixu fin-Nadur, Għawdex.
Dan wara li n-Nadur intgħażel biex jospita l-avveniment annwali magħruf bħala ċ-‘Charter European of Rural Communities’. Iżda d-delegati li se jkunu f’pajjiżna mhux biss se jiddiskutu t-tema tas-solidarjetà, iżda se jduqun wkoll parti mill-kultura u t-tradizzjonijiet Għawdxin.
Filfatt, dawn il-mitejn delegat se jkunu ospitati minn familji Għawdxin fin-Nadur, biex jesperjenzaw kemm jistgħu l-ħajja Għawdxija.
Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, spjegat kif wara d-diskussjoni li se ssir, se jinkiteb rapport uffiċjali, li se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.
45 mużiċist u mużiċista tal-orkestra Royal Concertgebouw se jallegraw lill-udjenza fit-Teatru Manoel fl-1 ta’ Lulju li ġej.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista nieda Valletta 2018 fil-kapitali Griega flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall u l-Ambaxxatur Malti għall-Greċja Joseph Cuschieri.
L-Istennija għall-2018 meta l-Kapitali tagħna tkun iċ-ċentru tal-Kultura Ewropea qegħda kuljum tikber, bil-preparazzjonijiet isiru iktar mgħaġġla. Iżda, il-belt tagħna ssegwi bliet oħra li kellhom l-istess unur u mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-2017 ħadu dan it-titlu żewġt ibliet oħra.
Aarhus fid-Danimarka u Pafos f’Ċipru se jkunu l-bliet kapitali Ewropej għal din is-sena, fejn il-programm se jibda fil-21 u fit-28 ta’ Jannar rispettivament.
The Maltese Village Festa – ktieb li fih jiġbor dak kollu relatat mal-festi ta’ lokalitajiet differenti f’pajjiżna Dawn il-festi tradizzjonali ġew stampati f’sensiela ta’ ritratti, li minn għajn il-fotografu jiddeskrivu l-mod ta’ kif il-festa tar-raħal tiġi ċċelebrata.
Kulturi differenti jitħalltu flimkien fi spazji aċċessibbli u f’infrastruttura xierqa li tkun aċċessibbli għal kullħadd.
Dawn huma l-ingredjani ta’ Belt Kapitali Ewropeja għall-kultura, stqarr iċ-ċermen tal-Fondazzjoni V18 Jason Micallef waqt il-ftuħ tal-konferenza tal-Valletta 2018.
Ritratti ta’ dawk li qed jattendu l-Valletta Pagaent of the Seas imlew is-sit soċjali Facebook illejla.
Min ħa xi selfie bil-veduta maestuża tal-Port il-Kbir fl-isfond, u min ipprefera jiffoka fuq l-ispettaklu nnifsu. Min xeħet ritratti bejn il-ħbieb, min kien aktar romantiku u raha bħala okkażżjoni sabiħa għall-koppja u min ħataf l-okkażjoni u attenda bit-tfal, sabiex anke jgħallimhom ftit mill-maestà li kapaċi toffri l-belt kapitali tagħna.
Din il-kollezzjoni hi meħuda minn nies li jinsabu hemm u anke mill-paġna Facebook tal-fondazzjoni Valletta2018.
Send this to a friend