Ursula von der Leyen – One News

Notifiki

Il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid tal-UE jsemmi li kull pajjiż irid jerfa’ parti mill-piż

Il-Kummissjoni Ewropea preżentat il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid li jitkellem li bla ebda eċċezzjoni kull stat membru jrid jerfa’ l-piż tal-immigrazzjoni u jkun ponn wieħed ma’ pajjiżi milquta direttament minn din il-kwistjoni fi żmien ta’ kriżi.Aqra aktar

Il-KE tikteb lill-Prim Ministru u tirrikonoxxi li pajjiżna qed iwettaq riformi favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen tħoss li huwa pożittiv u jeżisti impenn mill-Gvern Malti biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-indipendenza fil-ġudikatura. Aqra aktar

Il-Prim Ministru jieħu sehem f’summit virtwali tal-mexxejja Ewropej

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem f’summit virtwali tal-mexxejja Ewropej.

Il-Prim Ministru Dr. Abela saħaq dwar l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istati membri u l-pajjiżi tal-Eastern partnership f’numru ta’ oqsma.

Il-Prim Ministru aċċenna għall-importanza li jkun hemm kooperazzjoni dwar għad ta’ fatturi fejn hemm sfidi komuni bħat-tibdil fil-klima.

Is-summit Ewropew kien iffukat ukoll fuq temi importanti bħal budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin u l-pjan ta’ rkupru ta’ €750 miljun li kienet preżentat Ursula von der Leyen fil-Parlament Ewropew ix-xahar li għadda.

Bejn l-istati membri jrid jinstab qbil dwar dan il-pjan ta’ rkupru hekk kif hemm parti mill-flus li huma self.

Il-pajjiżi tat-tramuntana tal-Ewropa fosthom dawk Skandinavi ma jridux li l-istati membri jagħtu iżjed flus lill-Unjoni Ewropea biex imorru għal dawk il-pajjiżi li ilhom sejrin il-baħar anki qabel faqqgħet il-Coronavirus.

Send this to a friend