Il-Gvern Taljan se jintroduċi kwarantina mandatorja ta’ ħamest ijiem għal persuni li jaslu l-Italja minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. S’issa, dawk li kienu jaslu minn barra l-Unjoni Ewropea kellhom jinżammu f’iżolament.Aqra aktar

Il-Gvern Taljan se jintroduċi kwarantina mandatorja ta’ ħamest ijiem għal persuni li jaslu l-Italja minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. S’issa, dawk li kienu jaslu minn barra l-Unjoni Ewropea kellhom jinżammu f’iżolament.Aqra aktar
Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel iddefendiet id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li t-tilqim kontra l-COVID-19 jinxtara u jitqassam b’mod konġunt.
Bħalissa l-Mexxejja Ewropej qed jiddiskuru d-diversi kunsinji tat-tilqim li hemm disponibbli, u kif dawn jistgħu jitqassmu aħjar bejn i-27 Stat Membru.Aqra aktar
Qed ikun irrapportat li l-Unjoni Ewropea se tieħu passi legali fil-konfront tar-Renju Unit dwar allegat ksur tal-protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq, wara li feġġew rapporti ta’ kontrolli mal-fruntieri tal-pajjiż. Dan anke wara li kien hemm ftehim ċar bejn iż-żewġ partijiet li wara Brexit mhu se jkun hemm l-ebda xkiel fil-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.Aqra aktar
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti se jimponu sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja wara li l-Mexxej tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny ingħata sentenza ħabs aktar kmieni din il-ġimgħa. Aqra aktar
Ir-Russja qed thedded li tqatta’ l-karti minn mal-Unjoni Ewropea jekk din tal-aħħar timponi sanzjonijiet ġodda, li kapaċi jkunu ta’ piż fuq l-ekonomija Russa.Aqra aktar
Fi studju mis-sit awtorevoli Politico, l-Università ta’ Malta kklassifikat mal-aqwa għaxar universitajiet li studjaw fihom uffiċjali għolja tal-Unjoni Ewropea, qabel ma bdew jaħdmu ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar
Il-ħidma governattiva sabiex jiġu ritornati gruppi ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil kompliet tħalli l-frott.
Dan hekk kif fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li ġie ritornat grupp ieħor ta’ immigranti lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.
Il-Ministeru spjega kif dan seħħ f’operazzjoni ta’ ritorn mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija permezz ta’ titjira minn Malta.
Fil-fatt, l-immigranti li ġew ritornati oriġinaw kollha minn barra mill-Unjoni Ewropea u waslu Malta rregolarment bil-baħar is-sena l-oħra.
L-immigranti kienu skortati minn uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku matul it-titjira lejn il-pajjiż tal-oriġini. Ir-ritorn sar b’ħarsien sħiħ tal-protokolli relatati mal-COVID-19, inkluż it-testijiet neċessarji għal passiġġieri kollha.
Parti sostanzjali mill-ispejjeż relatati ma’ din l-operazzjoni ġew koperti minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Fl-istqarrija, il-Gvern fakkar kif il-ħidma ta’ ripatrijazzjoni ma tiddependix biss mill-ħidma tal-awtoritajiet Maltin imma anke b’rieda tajba mill-pajjiż tal-oriġini tal-immigranti inkwistjoni.
Il-Gvern Malti ffirma ittra flimkien ma’ numru ta’ stati membri oħra Ewropej sabiex il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea biex id-Direttiva dwar pagi minimi adegwati tinbidel f’rakkomandazzjoni.Aqra aktar
L-Unjoni Ewropea talbet lill-kumpanija AstraZeneca biex tipprovdilha iktar dożi tal-vaċċin għall-Covid-19 mill-impjanti fir-Renju Unit.Aqra aktar
Qed jiġi rrappurtat diżgwid diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, hekk kif dan tal-aħħar ma jridx jagħti l-istat diplomatiku sħiħ lill-ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea f’Londra.Aqra aktar
Send this to a friend