Universita’ ta’ Malta – One News

Ftehim sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-Università ta’ Malta f’Għawdex

Permezz ta’ ftehim iffirmat, il-Fakultà tad-Dentistrija fi ħdan l-Università ta’ Malta se tiftaħ dental training cleaning f’Għawdex u dan bis-saħħa ta’ investiment li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex u l-Università. Dan il-proġett se jikkonsisti fi klinika dentali li tkun attrezzata bl-aħħar teknoloġija fejn l-istudenti li qed isegwu l-kors tad-dentistrija jkunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ prattiku tagħhom u fl-istess waqt jagħtu servizzi varji relatati mad-dentistrija fosthom kampanji ta’ għarfien. Aqra aktar

Kollaborazzjoni strateġika ta’ taħriġ bejn l-MCCAA u l-Università ta’ Malta

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’kollaborazjoni strateġika mal-Università ta’ Malta ppreżentaw inizjattiva ta’ taħriġ. L-inizjattiva hija mmirata lejn mexxejja kurrenti u futuri, bil-għan li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-parteċipanti u jiffaċilita djalogu bejn studenti, professjonisti u esperti. Aqra aktar

Aġġornata: Tinsterqilha t-teżi mil-librerija tal-Università

Esperjenza qarsa għal studenta universitarja li dalgħodu nsterqitilha t-teżi mil-librerija tal-Università ta’ Malta.
Il-każ seħħ wara li l-istudenta ħalliet il-basket fid-daħla tal-Librerija minħabba l-fatt li l-istudenti ma jitħallewx itellgħu l-basktet magħha waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-istudji tagħhom fil-librerija.

Aqra aktar

Send this to a friend