ulied – One News

Notifiki

Qattajt ħin ma’ wliedek illum?

Bil-għan li l-piż tal-ħajja mgħaġġla tal-lum ma jkollhiex impatt negattiv fuq it-trobbija tat-tfal, il-Gvern nieda l-kampanja Positive Parenting, bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali għal dan is-settur li tkopri sal-elfejn, erbgħa u għoxrin.

Aqra aktar

Jolie u Pitt fi ftehim dwar il-kustodja tas-sitt uliedhom

L-atturi Angelina Jolie u Brad Pitt laħqu ftehim dwar il-kustodja ta’ wliedhom. Il-koppja nfirdet f’Settembru tal-2016 wara sentejn żwieġ.

Huma għandhom sitt itfal, tlieta addottati u tlieta bijoloġiċi, li l-età tagħhom tvarja bejn l-10 snin u s-17-il sena. Għadu mhux magħruf kif il-koppja se taqsam il-kustodja ta’ dawn is-sitt itfal. Aqra aktar

Issa anke b’tabbelli l-iskola: “Inqas mobiles u aktar attenzjoni lill-ulied”

Greet your child with a smile, not with a mobile.

Din hija tabbella li twaħħlet fi skola primarja f’Middlesbrough, l-Ingilterra. Il-kap tal-iskola, Liz King, spjegat li tħoss il-ħtieġa tfakkar lill-ġenituri jikkomunikaw mal-ulied, f’era fejn ħafna ġenituri jqattgħu ħafna mill-ħin dinsponibbli mal-ulied fuq il-mobile jew fuq il-laptop.

Aqra aktar

Tinstab omm mgħerqa flimkien ma’ uliedha

Omm u ż-żewġt itfal tagħha nstabu mgħerqa wara li l-karozza tagħhom spiċċat fi xmara fl-Awstralja. L-iġsma tagħhom kienu rikoverati mix-xmara f’New South Wales wara li għamlet xita torrenzjali li segwiet iċ-ċiklun Debbie.

Tifla ta’ tmien snin irnexxielha isalva minn dan l-inċident li fih kienu involuti ħutha u ommha. Kienet propju hi li marret tiġri tgħajjat għall-għajnuna.

Il-pulizija Awstraljana qalet li minn tal-inqas tliet persuni oħra mietu fl-għargħar fl-Awstralja. L-awtoritajiet għadhom ma ħargux dettalji dwar il-vittma, iżda midja lokali qalet li dawn jinkludu tifel ta’ seba snin u tifla ta’ ħdax-il sena.

Aktar minn 12,000 single parent f’Malta

In-numru ta’ single parents reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 12,472 ġenitur. Fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari, l-Ministru Michael Farrugia ta rendikont tan-numru ta’ single parents f’Malta u f’Għawdex flimkien mat-total ta’ tfal li dawn il-ġenituri qed jieħdu ħsieb.

Aqra aktar

Sirjana ta’ 19-il sena biddlet dokumenti uffiċjali biex tingħaqad ma’ wliedha

Yasmin Assaf, Sirjana ta’ 19-il sena u omm ta’ żewġ ulied, ammettiet li bidlet il-karta tar-residenza mingħajr awtorizazzjoni u ngħatat sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs.

L-Avukat difensur stqarr fil-Qorti li Assaf għamlet dan biex terġa tingħaqad maż-żewġ uliedha, li nġiebu Malta minn missierhom meta ħarab il-kunflitt fis-Sirja.

Aqra aktar

ITALJA: Irnexxielu jsalva ħafna studenti iżda mhux lil uliedu

Għalliem li qed jiġi meqjus bħala eroj fl-inċident li seħħ ilbieraħ f’Verona u abbord kien hemm studenti mill-Ungerija tilef it-tfal tiegħu propju f’dan l-inċident. Huwa qed jissejjaħ eroj hekk kif minkejja s-sitwazzjoni diffiċli u l-periklu li kien hemm ħareġ u offra l-għajnuna tiegħu lill-maġġoranza tat-tfal li kienu fuq ix-xarabank.

Aqra aktar

Send this to a friend